Il-Kummissjoni Ewropea

FP7 in Brief illustration from FP7 in Brief brochure Kif tinvolvi ruħek fis-Seba’
Programm Kwadru ta’ l-UE għar-Riċerka

Kif huwa strutturat il-PK7?
X’inhuma l-“Programmi Speċifiċi”?

Il-Programmi Speċifiċi jikkostitwixxu l-ħames pilastri ewlenin tal-PK7:

Koperazzjoni

Il-qalba tal-PK7, li tirrappreżenta żewġ terzi tal-baġit totali, hija l-programm Koperazzjoni. Dan irawwem ir-riċerka kollaborattiva madwar l-Ewropa u pajjiżi msieħba oħra permezz ta’ proġetti ta’ konsorzji transnazzjonali ta’ industrija u akkademji. Ir-riċerka ser titwettaq f’għaxar oqsma tematiċi ewlenin:

  • is-saħħa;
  • l-ikel, l-agrikoltura u s-sajd, u l-bijoteknoloġija;
  • it-teknoloġiji ta’ l-informazzjoni u l-komunikazzjoni;
  • in-nanoxjenzi, in-nanoteknoloġiji, il-materjali u t-teknoloġiji ġodda ta’ produzzjoni;
  • l-enerġija;
  • l-ambjent (inkluż it-tibdil fil-klima);
  • it-trasport (inkluża l-aeronawtika);
  • ix-xjenzi soċjo-ekonomiċi u l-istudji umanistiċi;
  • l-ispazju;
  • is-sigurtà.

Ideat

Il-programm Ideat ser jappoġġja “riċerka fil-fruntiera” esklussivament fuq il-bażi ta’ eċċellenza xjentifika. Ir-riċerka tista’ ssir fi kwalunkwe qasam tax-xjenza jew tat-teknoloġija, inklużi l-inġinerija, ix-xjenzi soċjo-ekonomiċi u l-istudji umanistiċi. Għall-kuntrarju tal-programm Koperazzjoni, m’hemmx obbligu għal sħubijiet trans-fruntieri. Il-proġetti jiġu implimentati minn “timijiet individwali” madwar “investigatur prinċipali”. Il-programm huwa implimentat permezz tal-kunsill il-ġdid, il-“Kunsill Ewropew tar-Riċerka” (ERC). Għal aktar informazzjoni, żur:erc.europa.eu

^Fuq

Nies

Il-programm Nies jipprovdi appoġġ għall-mobbiltà u l-iżvilupp tal-karriera tar-riċerkaturi, kemm għal riċerkaturi fl-Unjoni Ewropea u kemm internazzjonalment. Huwa implimentat permezz ta’ sett ta’ azzjonijiet Marie Curie, jipprovdi boroż ta’ studju u miżuri oħra biex jgħin lir-riċerkaturi jibnu l-ħiliet u l-kompetenzi tagħhom matul il-karrieri tagħhom:

  • taħriġ inizjali għar-riċerkaturi – Netwerks Marie Curie;
  • sħubijiet u metodi industrija-akkademji;
  • ko-finanzjament ta’ programmi ta’ mobbiltà reġjonali, nazzjonali u internazzjonali;
  • boroż ta’ studju intra-Ewropej;
  • dimensjoni internazzjonali: boroż ta’ studju interni u esterni, skema ta’ koperazzjoni internazzjonali, għotjiet għal integrazzjoni mill-ġdid;
  • premjijiet Marie Curie.

Għal aktar informazzjoni, żur:
http://ec.europa.eu/research/mariecurieactions/index_mt.htm

Kapaċitajiet

Il-programm Kapaċitajiet isaħħaħ il-kapaċitajiet tar-riċerka li l-Ewropa teħtieġ jekk trid issir ekonomija b’saħħitha msejsa fuq l-għarfien.

Huwa jkopri dawn l-attivitajiet li ġejjin:

  • l-infrastrutturi ta’ riċerka;
  • ir-riċerka għall-benefiċċju ta’ l-SMEs;
  • ir-reġjuni ta’ l-Għarfien;
  • il-potenzjal tar-Riċerka;
  • ix-Xjenza fis-Soċjetà;
  • attivitajiet speċifiċi ta’ koperazzjoni internazzjonali.
^Fuq

Riċerka Nukleari

Il-programm għar-riċerka nukleari u attivitajiet ta’ taħriġ ser jinkludi r-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku, il-koperazzjoni internazzjonali, it-tixrid ta’ informazzjoni teknika, u attivitajiet ta’ sfruttament, kif ukoll taħriġ. Hemm maħsuba żewġ programmi speċifiċi:

  • l-ewwel programm jinkludi: r-riċerka dwar l-enerġija tal-fużjoni (b’mod partikolari ITER), u l-fissjoni nukleari u l-protezzjoni mir-radjazzjoni;
  • it-tieni programm ikopri l-attivitajiet taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC) fil-qasam ta’ l-enerġija nukleari, inkluż l-immaniġġjar ta’ skart nukleari, u l-impatt ambjentali, is-sigurtà nukleari, u s-sikurezza nukleari. Minbarra dawn l-azzjonijiet diretti fil-qasam nukleari, il-JRC iwettaq riċerka f’numru ta’ oqsma oħra biex jipprovdi appoġġ xjentifiku u teknoloġiku fit-tfassil tal-politika ta’ l-UE jrc.ec.europa.eu/).

Baġit PK7 (€ 50 521 miljun, prezzijiet kurrenti)

€ million
JRC (EC) 1 751
Cooperation 32 413
Ideas 7 510
People 4 750
Capacities 4 097
FP7 budget: chart

Nota: PK Euratom: €2.7 biljun mifruxa fuq 5 snin – mhux inklużi hawn fuq.

cover of the brochure
(~1.3 MB)
 
Fuq