Il-Kummissjoni Ewropea

FP7 in Brief illustration from FP7 in Brief brochure Kif tinvolvi ruħek fis-Seba’
Programm Kwadru ta’ l-UE għar-Riċerka

Kif tapplika għal finanzjament

“Programmi ta’ Ħidma” u “Sejħiet għal Proposti”

Il-pjanijiet konkreti għall-implimentazzjoni ta’ “Programmi Speċifiċi” (ara fuq) jitħabbru mill-Kummissjoni Ewropea fi “Programmi ta’ Ħidma” adottati kull sena. Dawn il-programmi ta’ ħidma jinkludu l-iskeda tas-“Sejħiet għal Proposti”, magħrufa sempliċiment bħala “Sejħiet”, li tiġi ppubblikata matul is-sena. Kull sejħa normalment tkopri oqsma speċifiċi ta’ riċerka, u jista’ jkollok tistenna sakemm ikun hemm sejħa li tkopri l-qasam tiegħek ta’ interess.

Kif inkun naf meta toħroġ Sejħa għal Proposti?

Is-sejħiet kollha jitħabbru fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-UE (li huwa s-sors uffiċjali ta’ dokumenti). Il-programmi ta’ ħidma annwali u t-testi sħaħ tas-sejħiet jiġu ppubblikati fis-sezzjoni tal-PK7 ta’ CORDIS, il-websajt iddedikat lir-riċerka appoġġjata mill-UE fuq:http://cordis.europa.eu/fp7/

CORDIS jiġi aġġornat kontinwament bl-aħħar informazzjoni dwar sejħiet għal proposti, kif ukoll informazzjoni u servizzi oħra marbuta mar-riċerka tal-Komunità. CORDIS jgħinek tfittex l-informazzjoni – u tippjana l-proposta tiegħek.

cover of the brochure
(~1.3 MB)
 
Fuq