gwida qasira għal min hu ġdid
Għal min hu utli dan il-ktejjeb?
Huma familjari għalik termini bħal “PK7”, “CORDIS”, “Programm Speċifiku”, “Sejħa għal proposti”? Qatt ħadt sehem fi Programmi Kwadru ta’ l-Unjoni Ewropea (UE) għar-riċerka? Jekk iva, tista’ tieqaf taqra s’hawnhekk. Jekk le, il-paġni li jmiss jistgħu jqarrbuk lejn il-parteċipazzjoni fil-“PK7”. Dan id-dokument huwa gwida sempliċi dwar kif wieħed jista’ jinvolvi ruħu fis-Seba’ Programm Kwadru ta’ l-UE għar-riċerka (PK7), li huwa l-istrument ewlieni ta’ l-UE għall-iffinanzjar tar-riċerka fl-Ewropa.
Il-ktejjeb jgħidlek liema oqsma u attivitajiet l-UE qiegħda tippjana li tiffinanzja taħt il-programm, u fejn għandek tmur jekk tixtieq tapplika għal dak il-finanzjament.
ec.europa.eu/research/fp7/
cordis.europa.eu/fp7/