Il-Kummissjoni Ewropea

FP7 in Brief illustration from FP7 in Brief brochure Kif tinvolvi ruħek fis-Seba’
Programm Kwadru ta’ l-UE għar-Riċerka

X’inhuma l-“Iskemi ta’ Finanzjament”?

L-iskemi ta’ finanzjament huma t-tipi ta’ proġetti li permezz tagħhom jiġi implimentat il-programm. Dawn huma kif ġej:

Proġetti kollaborattivi

Proġetti Kollaborattivi huma proġetti ta’ riċerka b’għanijiet xjentifiċi u teknoloġiċi ċari u li minnhom hu mistenni riżultati speċifiċi (bħalliżvilupp ta’ għarfien ġdid jew teknoloġija ġdida biex titjieb ilkompetittività Ewropea). Dawn jitwettqu minn konsorzji magħmula minn parteċipanti minn pajjiżi differenti, u mill-industrija u l-akkademi.

Netwerks ta’ eċċellenza

L-iskema ta’ finanzjament tan-Netwerks ta’ Eċċellenza hija mfassla għal istituzzjonijiet ta’ riċerka li jkunu lesti li jikkombinaw u jintegraw b’mod funzjonali parti sostanzjali ta’ l-attivitajiet u l-kapaċitajiet tagħhom f’qasam speċifiku, bl-għan li joħolqu f’dan il-qasam “ċentru virtwali ta’ riċerka” Ewropew.

Huma jagħmlu dan permezz ta’ l-implimentazzjoni ta’ “Programm Konġunt ta’ Attivitajiet” ibbażat fuq l-użu integrat u komplementari ta’ riżorsi minn unitajiet sħaħ ta’ riċerka, dipartimenti, laboratorji jew timijiet kbar. L-implimentazzjoni ta’ dan il-Programm Konġunt ta’ Attivitajiet ser ikun jeħtieġ impenn formali mill-organizzazzjonijiet li jintegraw parti mir-riżorsi u l-attivitajiet tagħhom.

Azzjonijiet ta’ koordinament u appoġġ

Dawn huma azzjonijiet li ma jkoprux ir-riċerka nnifisha, imma l-koordinament u n-netwerking ta’ proġetti, programmi u politika.

Dan jista’ jinkludi pereżempju:

  • attivitajiet ta’ koordinament u netwerking, tixrid u użu ta’ għarfien;
  • attivitajiet bħal gruppi ta’ studju jew esperti li jassistu l-implimentazzjoni tal-PK;
  • appoġġ għal aċċess transnazzjonali għal infrastrutturi ta’ riċerka ewlenin;
  • azzjonijiet li jistimolaw il-parteċipazzjoni ta’ SMEs, tas-soċjetà ċivili u n-netwerks tagħhom;
  • appoġġ għal koperazzjoni ma’ skemi oħra ta’ riċerka Ewropej; “riċerka fil-fruntiera”.

Proġetti individwali

Proġetti mmexxija minn timijiet ta’ riċerka nazzjonali jew multinazzjonali individwali, immexxija minn “investigatur prinċipali”, iffinanzjati mill-Kunsill Ewropew tar-Riċerka (ERC).

^Fuq

Appoġġ għat-taħriġ u l-iżvilupp tal-karriera tar-riċerkaturi

Taħriġ u żvilupp tal-karriera għal riċerkaturi minn madwar l-Unjoni Ewropea u l-imsieħba tagħha fir-riċerka, permezz ta’ firxa ta’ azzjonijiet ta’ appoġġ imsejħa wara Marie Curie.

Riċerka għall-benefiċċju ta’ gruppi speċifiċi – b’mod partikolari l-SMEs

Proġetti ta’ riċerka u ta’ żvilupp teknoloġiku fejn il-biċċa l-kbira tar-riċerka ssir minn partijiet bħal universitajiet, ċentri ta’ riċerka jew entitajiet legali oħra, għall-benefiċċju ta’ gruppi speċifiċi, b’mod partikolari l-SMEs, jew għal organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u n-netwerks tagħhom.

Nitkellmu dwar flus

Il-prinċipju bażiku tal-finanzjament fil-PK7 huwa l-ko-finanzjament. Dan ifisser li, ġeneralment, il-Kummissjoni ma “tixtrix” servizzi ta’ riċerka billi toħroġ kuntratti u tħallas prezz, imma tagħti għotjiet għal proġetti li jikkontribwixxu ċertu persentaġġ ta’ l-ispejjeż totali.

Ir-rati ta’ rimborż massimu għall-ispejjeż ta’ proġett jiddependu mill-iskema ta’ finanzjament, l-istatus legali tal-parteċipant u t-tip ta’ attività. Ir-rata ta’ rimborż standard għal attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp teknoloġiku hija ta’ 50 %. Ċerti entitajiet legali jistgħu jiksbu sa 75% (korpi pubbliċi li ma jagħmlux profitt, SMEs, organizzazzjonijiet ta’ riċerka, stabbilimenti ta’ edukazzjoni ogħla u sekondarja). Għal attivitajiet ta’ dimostrazzjoni, ir-rata ta’ rimborż titla’ sa 50 %. Għal attivitajiet oħra (immaniġġjar ta’ konsorzju, netwerking, taħriġ, koordinament, tixrid, eċċ.), ir-rimborż jista’ jitla’ sa 100 % ta’ l-ispejjeż eliġibbli. Ir-rata ta’ 100 % tapplika wkoll għal azzjonijiet ta’ riċerka fil-fruntiera taħt il-Kunsill Ewropew tar-Riċerka.

cover of the brochure
(~1.3 MB)
 
Fuq