Il-Kummissjoni Ewropea

FP7 in Brief illustration from FP7 in Brief brochure Kif tinvolvi ruħek fis-Seba’
Programm Kwadru ta’ l-UE għar-Riċerka

Kif twieġeb għal Sejħa

Issottometti l-proposta tiegħek

Twieġeb għal sejħa billi tissottometti l-proposta tiegħek. Il-proposti jistgħu jiġu sottomessi fi kwalunkwe ħin wara li tiftaħ sejħa, sad-data ta’ l-għeluq. Il-Gwida għall-Applikanti (ippubblikata wkoll fuq CORDIS) tiggwidak matul il-proċess kollu, u tidderieġik għal dokumenti utli oħra. Għodda online elettronika bbażata fuq il-Web bl-isem EPSS (‘Electronic Proposal Submission Service’) hija l-kanal obbligatorju għas-sottomissjoni tal-proposti.

X’jiġri wara li nissottometti proposta?

Wara d-data ta’ l-għeluq tas-sejħa, il-proposti kollha sottomessi jiġu evalwati minn grupp ta’ evalwaturi indipendenti, li jkunu esperti rikonoxxuti fl-oqsma rilevanti. Dan il-panel jiċċekkja l-proposti skond sett ta’ kriterji ppubblikat biex jara jekk il-kwalità tar-riċerka proposta jistħoqqilhiex finanzjament.

Il-kriterji ewlenin użati għal din l-evalwazzjoni huma spjegati fil-Gwida għall-Applikanti.

U jekk il-proposta tiegħi tiġi aċċettata?

Meta proposta tiġi aċċettata, il-Kummissjoni Ewropea tidħol f’negozjati finanzjarji u xjentifiċi/tekniċi mal-konsorzju tiegħek dwar id-dettalji tal-proġett. Fl-aħħar, isir ftehim għal għotja bejn kull parteċipant u l-Kummissjoni. Dan jiffissa d-drittijiet u l-obbligi tal-benefiċjarji u l-Komunità Ewropea, inkluża l-kontribuzzjoni finanzjarja ta’ l-UE għall-ispejjeż tiegħek għar-riċerka.

Għal aktar informazzjoni dwar il-kwestjonijiet kollha marbuta ma’ sejħiet (inkluża għajnuna pass pass dwar kif tissottometti proposta, kriterji ta’ eliġibbiltà, evalwazzjonijiet, kwestjonijiet ta’ Propjetà Intellettwali, eċċ.), jekk jogħġbok irreferi għall-Gwida għall-Applikanti, disponibbli minn Cordis fuq: cordis.europa.eu/fp7/

cover of the brochure
(~1.3 MB)
 
Fuq