Navigation path

Additional tools

Ħarsa Ġenerali lejn Il-Politika reġjonali

Il-politika reġjonali tal-UE hija politika ta' investiment. Tappoġġja l-ħolqien tal-impjiegi, il-kompetittivtà, it-tkabbir ekonomiku, il-kwalità tal-ħajja mtejba u l-iżvilupp sostenibbli. Dawn l-investimenti jappoġġjaw it-twassil tal-istrateġija Ewropa 2020.

Il-politika reġjonali hija wkoll espressjoni tas-solidarjetà tal-UE mal-pajjiżi u r-reġjuni inqas żviluppati, billi tikkonċentra l-fondi fuq iż-żoni u s-setturi fejn jistgħu jagħmlu l-akbar differenza.

Il-politika reġjonali għandha l-għan li tnaqqas id-disparitajiet ekonomiċi, soċjali u territorjali li għadhom jeżistu bejn ir-reġjuni tal-Ewropa. Jekk wieħed iħalli dawn id-disparitajiet, dan jimmina xi wħud mis-sisien tal-UE, inkluż is-suq uniku kbir tagħha u l-munita tagħha, l-euro.

Matul il-perjodu 2014-2020, l-UE ser tinvesti total ta' EUR 351 biljun fir-reġjuni tal-Ewropa.

Pereżempju, il-finanzjament tal-UE, ser jgħin: 

  • jagħti spinta lin-negozji żgħar u medji,
  • jappoġġja r-riċerka u l-innovazzjoni,
  • jinvesti f'ambjent aktar nadif,
  • itejjeb l-aċċess għat-teknoloġija diġitali, 
  • jiżviluppa prodotti u metodi ta' produzzjoni ġodda,
  • jappoġġja l-effiċjenza enerġetika u jindirizza t-tibdil fil-klima,
  • jagħti spinta lill-edukazzjoni u l-ħiliet,
  • itejjeb il-kollegamenti ta' trasport lejn reġjuni remoti.

Differenzi Reġjonali fl-UE28
PGD/per capita (PPS), 2010

Indiċi UE-28=100

<50
50-75
75-90
90-100
100-125
>=125
Ebda dejta
PGD/per capita (PPS), 2010

Sors: Eurostat

Politika Reġjonali tal-UE: Żomm ruħek infurmat/a