Navigation path

Additional tools

Politika ta’ Koeżjoni u l-istrateġija Ewropa 2020

L-istrateġija Ewropa 2020

Ewropa 2020 hija l-istrateġija tal-UE biex tippromwovi tkabbir għaqli, sostenibbli u inklussiv.

L-UE fasslet miri ambizzjużi li jridu jintlaħqu sal-2020 f’ħames oqsma ewlenin:

  • Xogħol - 75% tal-popolazzjoni ta’ bejn l-20 u l-64 sena jrid ikollhom xogħol
  • Innovazzjoni - 3% tal-PDG tal-UE għandu jkun investit fir-Riċerka u l-Iżvilupp
  • Bidla fil-klima - Iridu jintlaħqu l-miri “20/20/20” fl-oqsma tal-klima u l-enerġija (fosthom li t-tnaqqis tal-emissjonijiet jiżdied bi 30% kemm-il darba l-kundizzjonijiet ikunu xierqa)
  • Edukazzjoni - L-ammont ta’ studenti li ma jkomplux jistudjaw irid ikun ta’ anqas minn 10% u mill-inqas 40% ta’ dawk bejn it-30 u l-34 sena jridu jkunu temmew l-istudji terzjarji tagħhom jew studji ekwivalenti
  • Faqar - Tnaqqis tal-faqar, billi għallinqas 20 miljun ruħ ma jibqgħux f’riskju ta’ faqar jew esklużjoni

Il-Politika ta’ Koeżjoni tipprovdi l-qafas meħtieġ għall-investiment u sistema sabiex il-miri ta’ Ewropa 2020 jintlaħqu.

Politika ta’ Koeżjoni: investiment għal tkabbir għaqli, sostenibbli u inklussiv

Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali , il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni jirrappreżentaw, flimkien, aktar minn terz tal-baġit sħiħ tal-UE.

Il-Kummissjoni Ewropea qed taħdem id f’id mal-Awtoritajiet Amministrattivi DeutschEnglishfrançais fil-pajjiżi u r-reġjuni tal-UE biex tara li dawn ir-riżorsi jkunu investiti b’mod effettiv bil-għan li jsostnu t-tkabbir għaqli, sostenibbli u inklussiv.

Il-finanzjament tal-UE qed jgħin biex iwieżen:

  • L-iżvilupp ta’ teknoloġiji ġodda
  • L-avvanz fir-riċerka
  • L-aċċess għall-internet b’veloċità qawwija
  • Infrastruttura serja għat-trasport u l-enerġija
  • L-użu effiċjenti tal-enerġija u tal-enerġiji li jiġġeddu
  • L-iżvilupp kummerċjali
  • Il-ħiliet u t-taħriġ

Is-sehem tar-reġjuni Ewropej fl-istrateġija Ewropa 2020

Sabiex jintlaħqu l-miri ta’ Ewropa 2020 se jkun meħtieġ is-sehem attiv tar-reġjuni kollha tal-UE.

Il-Kumitat tar-Reġjuni waqqaf Pjattaforma ta’ Monitoraġġ English sabiex iħeġġeġ l-awtoritajiet reġjonali u lokali jagħtu sehemhom fid-dibattitu fuq livell Ewropew.

U l-Kummissjoni Ewropea nediet Pjattaforma ta’ networking online English li tippermetti lil rappreżentanti mir-reġjuni sabiex jiddjalogaw u jaqsmu bejniethom eżempji ta’ prattiċi tajbin.

Aktar tagħrif:

Politika Reġjonali tal-UE: Żomm ruħek infurmat/a