Navigation path

Additional tools

Il-politika reġjonali u l-kriżi finanzjarja

Il-politika reġjonali tappoġġa l-istrateġija ta’ Ewropa 2020 għat-tkabbir u l-impjiegi u għandha rwol importanti fir-rispons tal-UE għall-kriżi ekonomika attwali

Sa mill-2008, il-politika reġjonali addattat għall-ħtiġijiet li qegħdin jinbidlu u għal kundizzjonijiet finanzjarji iktar iebsin.

Għoti iktar malajr tal-finanzjament

Il-Kummissjoni ilha taħdem mal-pajjiżi tal-UE, partikolarment dawk li ħadu jew qed jieħdu bħalissa għajnuna speċjali makro-ekonomika, l-hekk imsejħin "pajjiżi tal-programm" (l-Irlanda, ir-Rumanija, l-Ungerija, il-Latvja, Spanja, il-Portugall, Ċipru u, il-Greċja).

Rati ta’ ko-finanzjament miżjudin

Ir-rati ta’ kofinanzjament għall-pajjiżi tal-programm żdiedu b’10%, li jnaqqas il-kontribuzzjoni nazzjonali f'ħin ta' restrizzjonijiet baġitarji.

Simplifikazzjoni tal-proċeduri

Saru bosta bidliet regolatorji sabiex jissimplifikaw il-proċeduri u tiġi pprovduta aktar flessibilità (eż. għal għajnuna statali, proġetti ta' investiment maġġuri kif ukoll ftuħ għall-eleġibilità għall-effiċjenza fl-enerġija u iffrankar ta' enerġija fis-settur tal-akkomodazzjoni). 

L-emendi għar-Regolamenti huma disponibbli fis-sezzjoni tal-Leġiżlazzjoni ta’ dan is-sit elettroniku.

Modifikazzjoni ta’ programmi

F’bosta pajjiżi, sar riprogrammar tal-fondi, sabiex jiġi ffaċilitat l-investiment tal-UE f’setturi speċifiċi li sejrin jassorbu l-finanzjament u jagħti riżultati.

Proġetti ta’ prijorità fil-Greċja

Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet Griegi fasslu lista ta’ aktar minn 180 proġett strateġiku ta’ għajnuna għat-tkabbir. Tfasslu dati sa meta għandhom jitlestew sabiex jiġi żgurat li proġetti validi li jiswew total ta’ €11.5 biljun (finanzjament tal-UE u nazzjonali flimkien) jiġu implimentati sal-aħħar tal-2013, u b’hekk joħolqu bejn 90,000 u 108,000 post tax-xogħol ġdid.

Aċċess għall-finanzi għal negozji żgħar

Kumpaniji żgħar issa jistgħu jużaw Fondi Strutturali tal-UE bħala garanzija biex jiksbu aċċess għal kreditu. Dan jippermetti investiment f'intrapriżi fi kwalunkwe stadju tal-attività kummerċjali normali tagħhom u mhux biss fl-istabbiliment jew f’espansjoni.

Indirizzar tal-qgħad fost iż-żgħażagħ

Il-Kummissjoni Ewropea qiegħda taħdem mal-pajjiżi tal-UE li għandhom l-ogħla rati ta’ qgħad fost iż-żgħażagħ (il-Greċja, Spanja, il-Portugall, l-Irlanda, il-Litwanja, is-Slovakkja, l-Italja u l-Latvja) sabiex tiżgura li l-fondi reġjonali tal-UE jintużaw b’mod effettiv sabiex jindirizzaw il-qgħad fost iż-żgħażagħ.

Għajnuna teknika

Il-Bulgarija u r-Rumanija ffirmaw Memorandums ta’ Fehim ma’ Istituzzjonijiet Finanzjarji Internazzjonali sabiex joffru għajnuna teknika lil esperti nazzjonali, sabiex iħaffu l-assorbiment tal-fondi.

Politika Reġjonali tal-UE: Żomm ruħek infurmat/a