Navigation path

Additional tools

Il-Fondi

Il-Fond Soċjali Ewropew

L-FSE jinvesti fin-nies, b'fokus fuq it-titjib tal-opportunitajiet ta' xogħol u edukazzjoni madwar l-Unjoni Ewropea kollha. Għandu wkoll l-għan li jtejjeb is-sitwazzjoni tan-nies l-aktar vulnerabbli li jinsabu fir-riskju ta' faqar.

L-investimenti tal-FSE jkopru r-reġjuni kollha tal-UE. Aktar minn €80 biljun huma riżervati għall-investiment fil-kapital uman fil-pajjiżi membri bejn l-2014 u l-2020, b'ammont iżjed ta' mhux inqas minn €3.2 biljuni allokati għall-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ.

Għall-perjodu 2014-2020, l-FSE ser jiffoka fuq erbgħa mill-objettivi tematiċi tal-politika ta' koeżjoni:

  • il-promozzjoni tal-impjegar u l-appoġġ għall-mobbiltà tax-xogħol;
  • il-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali u l-ġlieda kontra l-faqar;
  • l-investiment fl-edukazzjoni, il-ħiliet u t-tagħlim tul il-ħajja; u
  • it-titjib fil-kapaċità istituzzjonali u amministrazzjoni pubblika effiċjenti.

Barra minn hekk, 20 % tal-investimenti tal-FSE ser jiġu impenjati f'attivitajiet li jtejbu l-inklużjoni soċjali u jiġġieldu l-faqar. Din hija magħrufa bħala konċentrazzjoni tematika

Għal aktar tagħrif, ara r-Regolament tal-Fond Soċjali Ewropew u s-sit ta’ l-FSE

Telecentre for immigrants
Telecentre for immigrants (Belgium)

Arkivju:

Politika Reġjonali tal-UE: Żomm ruħek infurmat/a