Navigation path

Additional tools

Il-Fondi

Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali

L-FEŻR għandu l-għan li jsaħħaħ il-koeżjoni ekonomika u soċjali fl-Unjoni Ewropea billi jikkoreġi l-iżbilanċi bejn ir-reġjuni tagħha.

L-FEŻR jiffoka l-investimenti tiegħu fuq diversi oqsma ta' prijorità. Din hija magħrufa bħala "konċentrazzjoni tematika":

  • L-Innovazzjoni u r-riċerka;
  • L-aġenda diġitali;
  • L-appoġġ għall-intrapriżi żgħar u medji (SMEs);
  • L-ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju.

Ir-riżorsi tal-FEŻR allokati lil dawn il-prijoritajiet ser jiddependu fuq il-kategorija tar-reġjun.

  • F'reġjuni aktar żviluppati, tal-anqas 80 % tal-fondi għandhom jiffukaw fuq tal-anqas tnejn minn dawn il-prijoritajiet;
  • F'reġjuni ta' tranżizzjoni, dan il-fokus huwa għal 60 % tal-fondi;
  • Din hija 50 % fir-reġjuni li għadhom lura.

Barra minn hekk, xi riżorsi tal-FEŻR għandhom jiġu ddedikati speċifikament għall-proġetti ta' ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju:

  • Ir-reġjuni "L-aktar żviluppati": 20 %;
  • Ir-reġjuni ta' tranżizzjoni: 15 %; u
  • Reġjuni li għandhom lura: 12 %.

Kooperazzjoni Territorjali Ewropea

Taħt il-programmi ta' Kooperazzjoni Territorjali Ewropew, tal-anqas 80 % tal-fondi ser jiġu kkonċentrati fuq dawn l-erba' oqsma ta' prijorità msemmija hawn fuq.

Karatteristiċi Territorjali Speċifiċi

L-FEŻR jagħti wkoll attenzjoni partikolari lil karatteristiċi territorjali speċifiċi. L-azzjoni tal-FEŻR hija maħsuba biex tnaqqas il-problemi ekonomiċi, ambjentali u soċjali fiż-żoni urbani, b'fokus speċifiku fuq l-iżvilupp urban sostenibbli. Tal-anqas 5 % tar-riżorsi tal-FEŻR huma mwarrba għal dan il-qasam,  permezz ta' "azzjonijiet integrati" ġestiti mill-ibliet.

Iż-żoni li huma żvantaġġati b'mod naturali minn perspettiva ġeografika (żoni remoti, muntanjużi jew bi ftit popolazzjoni) jibbenefikaw minn trattament speċjali. Fl-aħħar nett, ir-reġjuni l-aktar imbiegħa jibbenefikaw ukoll minn assistenza speċifika mill-FEŻR biex jindirizzaw l-iżvantaġġi possibbli minħabba d-distanza tagħhom.

Sir af aktar:

Arkivju

Għall-2007-2013: 

Għall-2000-2006:

Politika Reġjonali tal-UE: Żomm ruħek infurmat/a