Navigation path

Additional tools

Strumenti ta' appoġġ speċjali

JESSICA: Appoġġ Konġunt Ewropew għall-Investiment Sostenibbli fiż-Żoni tal-Ibliet

X'inhu JESSICA?

JESSICA – Joint European Support for Sustainable Investment in City Areas, hi inizjattiva tal-Kummissjoni Ewropea żviluppata f'kooperazzjoni mal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) u l-Bank għall-Iżvilupp tal-Kunsill tal-Ewropa (CEB). Hi tappoġġja l-iżvilupp urban sostenibbli u r-riġenerazzjoni permezz ta' mekkaniżmi tal-inġinerija finanzjarja.

Il-pajjiżi tal-UE jistgħu jagħżlu li jinvestu xi wħud mill-allokazzjonijiet tagħhom mill-fondi strutturali tal-UE f'fondi li jitħallsu lura biex jgħinu biex jiġu riċiklati r-riżorsi finanzjarji biex ikun aċċellerat l-investiment fiż-żoni urbani tal-Ewropa.

X'assistenza jipprovdi JESSICA?

JESSICA tippromovi l-iżvilupp urban sostenibbli billi tappoġġja proġetti f'dawn l-oqsma:

  • infrastruttura urbana - inkluż it-trasport, ilma/ilma mormi, enerġija
  • siti ta’ wirt jew kulturali - għal użu turistiku u użijiet oħrajn sostenibbli
  • żvilupp mill-ġdid ta' siti abbandunati - inkluż it-tindif u d-dekontaminazzjoni tas-sit
  • ħolqien ta' spazju kummerċjali ġdid għall-SMEs, is-setturi tal-IT u/jew R&Ż
  • bini universitarju - faċilitajiet mediċi, bijoteknoloġiċi jew oħrajn speċjalizzati
  • titjib fl-effiċjenza fl-enerġija.

Kif jaħdem JESSICA?

Il-kontribuzzjonijiet mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) huma allokati għall-Fondi għall-Iżvilupp Urban (FŻU) li jinvestuhom fi sħubijiet pubbliċi-privati jew proġetti oħrajn inklużi fi pjan integrat għall-iżvilupp urban sostenibbli. Dawn l-investimenti jistgħu jieħdu l-forma ta' ishma ordinarji, self u/jew garanziji.

Inkella, l-awtoritajiet amministrattivi jistgħu jiddeċiedu li jindirizzaw il-fondi għal FŻU li jużaw Fondi tal-Parteċipazzjoni (HFs) li huma stabbiliti biex jinvestu f'diversi FŻU.

Dan mhuwiex obbligatorju iżda joffri l-vantaġġ li jippermetti lill-awtoritajiet amministrattivi sabiex jiddelegaw xi wħud mill-kompiti meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ JESSICA lill-professjonisti esperti.

Minħabba n-natura rotatorja tal-istrumenti, ir-redditi mill-investimenti jiġu investiti mill-ġdid fi proġetti ġodda għall-iżvilupp urban, u b'hekk il-fondi pubbliċi jiġu riċiklati u tkun promossa s-sostenibbiltà u l-impatt tal-flus pubbliċi tal-UE u nazzjonali.

X'inhuma l-vantaġġi tal-użu ta' JESSICA?

  • Sostenibbiltà – L-istrumenti tal-inġinerija finanzjarja bħal JESSICA huma bbażati fuq l-għoti ta' għajnuna li titħallas lura mill-fondi strutturali għall-investimenti, li għandu jiġġenera l-qligħ, u b'dan il-mod l-investituri jitħallsu lura. Dan joffri alternattiva aktar sostenibbli għall-assistenza li tradizzjonalment tingħata permezz ta' għotjiet
  • Ingranaġġ -  il-kombinazzjoni tal-fondi strutturali mas-sorsi kumplimentari tal-investiment biex tingħata spinta lir-riżorsi u jingħata appoġġ lil numru akbar ta' intrapriżi.
  • Flessibbiltà – JESSICA toffri l-flessibbiltà, kemm f'termini ta' struttura, kif ukoll fl-użu tal-fondi permezz jew ta' investiment ta' ishma ordinarji, dejn jew garanzija, li jistgħu jitfasslu apposta għall-ħtiġijiet speċifiċi tal-pajjiżi jew reġjuni partikolari
  • Tagħrif espert - JESSICA tippermetti lill-awtoritajiet amministrattivi tal-fondi strutturali, bliet u rħula sabiex jinvolvu ruħhom ma’ setturi privati u bankarji. Dan jgħin biex aktar investiment jiġi ingranat, kif ukoll il-kapaċità teknika u finanzjarja fl-implimentazzjoni u l-ġestjoni tal-proġetti.
  • Sħubijiet - JESSICA hi r-riżultat tas-sħubija stabbilita bejn il-Kummissjoni, il-BEI u s-CEB. Hi tista' wkoll taġixxi bħala katalist b'saħħtu għall-istabbiliment ta’ sħubiji bejn pajjiżi, ir-reġjuni, il-bliet, il-BEI, is-CEB, banek oħra u investituri eċċ. biex jiġu indirizzati l-problemi ffaċċjati miż-żoni urbani.

JESSICA Networking Platform

Il-Pjattaforma ta' Netwerking JESSICA English tnediet fl-2009 mill-Kummissjoni (DĠ Politika Reġjonali) f'kooperazzjoni mal-FEI biex tappoġġa l-implimentazzjoni ta' JESSICA.

Avvenimenti

  • 27-28 October 2011: 3rd Annual Conference - JEREMIE and JESSICA: Delivering results English
  • Sixth Meeting on 28 June 2011: JESSICA Networking Platform English
  • 29-30 November 2010: JEREMIE & JESSICA: Towards successful implementation English
  • 22-23 October 2009: Conference on JEREMIE & JESSICA: Innovative financial instruments in EU Cohesion Policy EnglishDeutschfrançais

Dokumenti ta' sfond

  • Memorandum ta’ fehim bejn il-Kummissjoni Ewropea, il-Bank Ewropew ta’ Investiment u l-Kunsill tal-Bank tal-Iżvilupp Ewropew: "A co-ordinated approach to the financing of urban renewal and development for the programming period 2007-2013 of the Community Structural Funds" pdf English
  • JESSICA evaluation studies English li janalizzaw is-suq għall-istrumenti tal-inġinerija finanzjarja b’appoġġ għal żvilupp urban sostennibbli u rakkomandazzjonijiet jew proposti għal azzjoni xierqa fl-Istati Membri u r-reġjuni kkonċernati.
  • JESSICA horizontal studies providing guidance on operational matters relevant to all stakeholders English
  • Legislative provisions and guidance notes English relatati mal-istrumenti tal-inġinerija finanzjarja.
  • JESSICA implementation in the EU Member States. State of play (November 2011)pdf English
  • Financial Engineering Instruments Implemented by Member States with ERDF Contributions. Synthesis Report pdf English Annexes pdf English

Links

  • BEI-JESSICA EnglishDeutschfrançais
  • CEB Englishfrançais
Politika Reġjonali tal-UE: Żomm ruħek infurmat/a