Navigation path

Additional tools

Strumenti ta' appoġġ speċjali

JEREMIE: Riżorsi Konġunti Ewropej għall-Intrapriżi Żgħar u Medji

X'inhu JEREMIE?

JEREMIE – Joint European Resources for Micro to Medium Enterprises, hi inizjattiva tal-Kummissjoni Ewropea żviluppata flimkien mal-Fond Ewropew tal-Investiment. Hija tippromovi l-użu ta' strumenti tal-inġinerija finanzjarja biex ittejjeb l-aċċess għall-finanzjament għall-SMEs permezz ta' interventi tal-Fondi Strutturali.

X'assistenza jipprovdi JEREMIE?

Il-pajjiżi tal-UE jistgħu jużaw parti mill-allokazzjonijiet tagħhom mill-fond strutturali Ewropew biex jinvestu fi strumenti li jitħallsu lura bħal ma huma fondi ta' kapital ta' riskju, self jew garanziji.

Dawn il-fondi jistgħu jappoġġjaw:

  • il-ħolqien ta' negozju ġdid jew l-espansjoni ta' dawk eżistenti;
  • l-aċċess għal kapital ta' investiment mill-intrapriżi (b’mod partikolari l-SMEs) biex jimmodernizzaw u jiddeversifikaw l-attivitajiet tagħhom, jiżviluppaw prodotti ġodda, jiżguraw u jespandu l-aċċess għas-swieq;
  • riċerka u żvilupp orjentati lejn in-negozju, trasferiment ta' teknoloġija, innovazzjoni u intraprenditorjat;
  • modernizzazzjoni teknoloġika ta' strutturi produttivi biex tingħata għajnuna biex jintlaħqu miri ta' ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju;
  • investimenti produttivi li joħolqu u jissalvagwardjaw l-impjiegi sostenibbli

Kif jaħdem JEREMIE?

Il-kontribuzzjonijiet mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) huma allokati għal fondi ta' self, garanziji jew kapital ta' riskju biex ikun hemm investiment fl-intrapriżi. Dawn l-investimenti jistgħu jieħdu l-forma ta' ishma ordinarji, self u/jew garanziji.

Ir-ritorn fuq l-investimenti jiġi investit mill-ġdid fl-intrapriżi. B'dan il-mod, il-ġemgħa ta' fondi tkun tista' tintuża diversi drabi, il-fondi pubbliċi jiġu riċiklati, ikun hemm kapital ta' ingranaġġ (leveraging capital) u tiżdied is-sostenibbiltà u l-impatt tar-riżorsi pubbliċi allokati għall-SMEs.

Inkella, l-awtoritajiet amministrattivi jistgħu jiddeċiedu li jindirizzaw ir-riżorsi mill-programm bl-użu tal-Fondi tal-Parteċipazzjoni (HFs – holding funds) li huma stabbiliti biex jinvestu f'diversi fondi ta' investiment. Dan mhuwiex obbligatorju, iżda joffri l-vantaġġ li jippermetti lill-awtoritajiet amministrattivi sabiex jiddelegaw lil professjonisti esperti xi wħud mill-kompiti meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ JEREMIE.

X'inhuma l-vantaġġi tal-użu ta' JEREMIE?

  • Sostenibblità –L-istrumenti tal-inġinerija finanzjarja huma bbażati fuq l-għoti ta' għajnuna ripagabbli mill-fondi strutturali għall-investimenti, li għandom jiġġeneraw qligħ, u b'dan il-mod l-investituri jitħallsu lura Dan joffri alternattiva aktar sostenibbli għall-assistenza li tradizzjonalment tingħata permezz ta' għotjiet.
  • Ingranaġġ - il-kombinazzjoni tal-fondi strutturali mas-sorsi kumplimentari tal-investiment biex tingħata spinta lir-riżorsi u jingħata appoġġ lil numru akbar ta' intrapriżi.
  • Flessibbiltà – JEREMIE toffri l-flessibbiltà, kemm f'termini ta' struttura, kif ukoll fl-użu tal-fondi permezz jew ta' investiment ta' ishma ordinarji, dejn jew garanzija, li jistgħu jitfasslu apposta għall-ħtiġijiet speċifiċi tal-pajjiżi jew reġjuni partikolari
  • Tagħrif espert - JEREMIE tippermetti lill-awtoritajiet amministrattivi tal-fondi strutturali sabiex jibbenefikaw mit-tagħrif espert mis-setturi bankarji u privati u b’hekk isaħħu l-effikaċja tal-investimenti tagħhom fin-negozji
  • Sħubijiet - is-sħubija stabbilita bejn il-Kummissjoni, il-FEI u l-BEI taħt il-JEREMIE tista' wkoll taġixxi bħala katalist b'saħħtu għall-koperazzjoni bejn il-pajjiżi, ir-reġjuni, il-FEI, il-BEI u banek u investituri oħrajn biex ikun indirizzat l-aċċess biex ikunu finanzjati l-intrapriżi, primarjament l-SMEs.

JEREMIE Networking Platform

Il-Pjattaforma ta' Netwerking JEREMIE English tnediet fl-2009 mill-Kummissjoni (DĠ Politika Reġjonali) f'kooperazzjoni mal-FEI biex tappoġġa l-implimentazzjoni ta' JEREMIE.

Avvenimenti

  • 27-28 October 2011: 3rd Annual Conference - JEREMIE and JESSICA: Delivering results English
  • 20 May 2011: Fifth Plenary Meeting – JEREMIE Networking Platform English
  • 29-30 November 2010: JEREMIE & JESSICA: Towards successful implementation English
  • 22-23 October 2009: Conference on JEREMIE & JESSICA: Innovative financial instruments in EU Cohesion Policy English

Dokumenti ta' sfond

  • Memorandum ta' Fehim bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Fond Ewropew tal-Investiment: "A coordinated approach to improving accessto finance for micro to medium enterprises in the regions supported by European Regional Development Fund (ERDF)" pdf English
  • Executive Summaries of evaluations studies on SME access to finance in EU Mmember States/regions pdf English (imwettqa mill-FEI)
  • Studju Orizzontali – Handbook on JEREMIE holding fund operational procedures pdf English
  • Legislative provisions pdf English u noti ta’ gwida (July 2007 pdf English – December 2008 pdf English - February 2011pdf EnglishFrançais - 2012 pdf English ) relatati mal-istrumenti tal-inġinerija finanzjarja.
  • JEREMIE implementation in the EU Member States. State of play (November 2011)pdf English
  • Financial Engineering Instruments Implemented by Member States with ERDF Contributions. Synthesis Report pdf English Annexes pdf English
  • Financial Instruments in Cohesion Policy - SWD(2012) 36 final Commission staff working document, 27/02/2012 pdf English
  • Summary report on the progress made in financing and implementing financial engineering instruments co-financed by Structural Funds. Programming period 2007-2013 (Situation as at 31 December 2011) pdf English
    • Annex 1 pdf English
    • Annex 2 pdf English
  • Financial Instruments: A Stock-taking Exercise in Preparation for the 2014-2020 Programming Period pdf English
  • Summary of data on the progress made in financing and implementing financial engineering instruments reported by the managing authorities in accordance with Article 67(2)(j) of Council Regulation (EC) No 1083/2006. Programming period 2007-2013 (situation as at 31 December 2012) pdf English

Links

  • FEI-JEREMIE English
  • Programm Qafas għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni DeutschEnglish españolfrançaisitalianopolski
  • DĠ Impriża u Industrija: aċċess għall-finanzi English
Politika Reġjonali tal-UE: Żomm ruħek infurmat/a