Navigation path

Additional tools

Il-Fondi

Strumenti ta' appoġġ speċjali

Il-Kummissjoni Ewropea (Direttorat Ġenerali għall-Politika Reġjonali) f'koperazzjoni mal-grupp tal-Bank Ewropew tal-Investiment u istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn, żviluppat erba' inizjattivi konġunti fil-qafas tal-perjodu tal-ipprogrammar 2007-2013 sabiex il-politika tal-koeżjoni ssir aktar effiċjenti u sostenibbli. Tnejn minnhom jirreferu għall-promozzjoni tal-istrumenti għall-inġinerija finanzjarja (JEREMIE u JESSICA) u t-tnejn l-oħra (JASPERS u JASMINE) joperaw bħala faċilitajiet għall-għajnuna teknika.

  • JASPERS : Assistenza Konġunta b'Appoġġ għall-Proġetti fir-Reġjuni Ewropej, hi faċilità ta' assistenza teknika għat-tnax-il pajjiż tal-UE li aderixxew mal-UE fl-2004 u l-2007. Hi tipprovdi lill-Istati Membri kkonċernati bl-appoġġ li jeħtieġu biex jippreparaw proġetti maġġuri ta' kwalità għolja, li ser ikunu kofinanzjati mill-fondi tal-UE.
  • JEREMIE : Riżorsi Ewropej Konġunti għall-Impriżi Mikro sa Medji, hi inizjattiva tal-Kummissjoni Ewropea żviluppata flimkien mal-Fond Ewropew tal-Investiment. Tippromovi l-użu ta' strumenti tal-inġinerija finanzjarja li jtejbu l-aċċess għall-finanzjament għall-SMEs permezz ta' interventi tal-Fondi Strutturali.
  • JESSICA : Appoġġ Komunitarju Konġunt għal Investiment Sostenibbli fiż-Żoni Urbani, hi inizjattiva tal-Kummissjoni Ewropea żviluppata f'kooperazzjoni mal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) u l-Bank għall-Iżvilupp tal-Kunsill tal-Ewropa (CEB). Hija tappoġġja l-iżvilupp urban sostenibbli u r-riġenerazzjoni permezz ta' mekkaniżmi tal-inġinerija finanzjarja.
  • JASMINE : Azzjoni Konġunta għall-Appoġġ tal-Istituzzjonijiet tal-Mikrofinanzjament fl-Ewropa, timmira li tipprovdi kemm għajnuna teknika kif ukoll appoġġ finanzjarju għall-fornituri ta' mikrokrediti li mhumiex bank u biex tgħinhom itejbu l-kwalità tal-operazzjonijiet tagħhom, jespandu u jsiru sostenibbli. JASMINE tfittex ukoll li tippromovi l-prattiki tajbin fil-qasam tal-mikro-krediti u li tabbozza kodiċi ta' kondotta tajba għall-istituzzjonijiet tal-mikrokrediti.

Kuntatt

Kummissjoni Ewropea – DĠ Politika Reġjonali
Unità B3 – Financial Instruments and relations with International Financial Institutions
Avenue de Beaulieu 5
B-1160 Brussels
Tel: +32 2 299 12 98/ 68125
Faks: +32 2 292 0904
REGIO-B3-FINANCIAL-INSTRUMENTS@ec.europa.eu

Politika Reġjonali tal-UE: Żomm ruħek infurmat/a