Navigation path

Additional tools

Il-Fondi

Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej

Ħames Fondi ewlenin jaħdmu flimkien biex jappoġġjaw l-iżvilupp ekonomiku fil-pajjiżi kollha tal-UE, f'konformità mal-objettivi tal-istrateġija Ewropa 2020:

Kull reġjun tal-UE jista' jibbenefika mill-FEŻR u l-FSE. Madankollu, ir-reġjuni li jkunu għadhom lura jistgħu jirċievu appoġġ mill-Fond ta' Koeżjoni.

Strumenti finanzjarji

Erba' strumenti finanzjarji jipprovdu assistenza teknika (Jaspers & Jasmine), itejbu l-aċċess tal-SMEs għall-mikrofinanzjament (Jeremie) u jappoġġjaw l-iżvilupp urban (Jessica).

Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea

Il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (EUSF) jipprovdi assistenza fil-każ ta' diżastri naturali kbar.

Strument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni

L-appoġġ għall-kandidati tal-UE u l-pajjiżi kandidati potenzjali huwa disponibbli permezz tal-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA).

Politika Reġjonali tal-UE: Żomm ruħek infurmat/a