Navigation path

Additional tools

Finanzjament ta’ koeżjoni tal-UE – statistika ewlenija

Baġit disponibbli 2014-2020

Fl-2014-2020, il-finanzjament għall-politika reġjonali u ta’ koeżjoni jammonta għal €351,8 biljun.

Allokazzjonijiet finanzjarji 2014-2020

FusionCharts XT will load here!

 

FusionCharts XT will load here!

Excel Allokazzjonijiet totali ta 'Politika ta' Koeżjoni 2014-2020* (miljun €)

 

2007-2013


Baġit disponibbli 2007-2013

Fl-2007-13, il-finanzjament għall-politika reġjonali u ta’ koeżjoni jammonta għal €347 biljun (35.7% tal-baġit totali tal-UE għal dan il-perjodu) jew ftit iktar minn €49 biljun fis-sena. Il-programmi tal-politika ta’ koeżjoni kollha huma ko-finanzjati mill-Istati Membri, u b’hekk il-finanzjament totali disponibbli jilħaq kważi €700 biljun.

Ammont għal kull fond

Ammont għal kull objettiv

Kemm ġie allokat għal kull Stat Membru?

Iċ-ċart ta’ hawn taħt turi l-ammonti li kull Stat Membru ġie allokat fil-Programmi Operattivi, li ntlaħaq qbil dwarhom fil-bidu ta’ dan il-perjodu ta’ finanzjament (2007-2013). Tinkludi wkoll l-ammont imwarrab għall-Kooperazzjoni Territorjali Ewropea.

Dawn huma ċ-ċifri kkombinati għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, għall-Fond ta’ Koeżjoni u għall-Fond Soċjali Ewropew.

Fuq liema prijoritajiet ta’ politika qiegħed jintefaq il-baġit?

Iċ-ċart ta’ hawn taħt turi kif tqassmu l-fondi disponibbli skont it-tema għall-UE kollha kemm hi. Dawn huma ċ-ċifri kkombinati għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, għall-Fond ta’ Koeżjoni u għall-Fond Soċjali Ewropew.

Ara ċ-ċarts ta’ hawn taħt għat-tqassim tematiku f’kull Stat Membru, kif ukoll skont l-objettiv (Konverġenza, Kompetittività, Kooperazzjoni Territorjali).

ExcelInfographics : What does Cohesion Policy fund for 2007-2013?

Il-Kummissjoni kemm ħallset?

Iċ-ċart ta’ hawn taħt turi l-perċentwal tal-fondi totali allokati għal kull Stat Membru li tħallsu mill-Kummissjoni, abbażi tat-talbiet li ġew ippreżentati. Tindika wkoll ir-rata ta’ ħlas għall-kooperazzjoni territorjali.

Dawn huma l-figuri kkombinati għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, għall-Fond ta’ Koeżjoni u għall-Fond Soċjali Ewropew.

L-informazzjoni dwar ir-rati ta’ ħlas li huma disponibbli fuq din il-websajt tiġi aġġornata kull tliet xhur. L-aħħar aġġornament: 15/04/2014

Għal aktar tagħrif:

Politika Reġjonali tal-UE: Żomm ruħek infurmat/a