Navigation path

Additional tools

Il-Fondi

Fond ta' Koeżjoni

Il-Fond ta' Koeżjoni huwa mmirat għall-Istati Membri li d-Dħul Nazzjonali Gross (GNI) tagħhom għal kull resident huwa anqas minn 90 % tal-medja tal-UE. Għandu l-għan li jnaqqas id-disparitajiet ekonomiċi u soċjali u li jippromowovi l-iżvilupp sostenibbli.

Issa japplikaw għalih l-istess regoli ta' programmazzjoni, ġestjoni u sorveljanza bħall-FEŻR u l-FSE permezz tar-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni.

Għall-perjodu 2014-2020, il-Fond ta' Koeżjoni jikkonċerna il-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, il-Greċja, l-Ungerija, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja u s-Slovenja.

Il-Fond ta' Koeżjoni jalloka total ta' EUR 63.4 biljun għall-attivitajiet taħt il-kategoriji li ġejjin:

  • in-netwerks ta' trasport trans-Ewropej, b'mod partikolari l-proġetti ta' prijorità ta' interess Ewropew kif identifikat mill-UE. Il-Fond ta' Koeżjoni ser jappoġġja l-proġetti ta' infrastruttura taħt il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa;
  • l-ambjent: hawnhekk, il-Fond ta' Koeżjoni jista' jappoġġja proġetti relatati mal-enerġija jew it-trasport, sakemm dawn ikunu ta' benefiċċju evidenti għall-ambjent f'termini ta' effiċjenza enerġetika, l-użu tal-enerġija rinnovabbli, l-iżvilupp ta' trasport ferrovjarju, l-appoġġ tal-intermodalità, it-tisħiħ tat-trasport pubbliku, eċċ.

L-assistenza finanzjarja tal-Fond ta' Koeżjoni tista' tiġi sospiża minn deċiżjoni tal-Kunsill (meħuda b'maġġoranza kwalifikata) jekk Stat Membru juri defiċit pubbliku eċċessiv u jekk ma jirrisolvix is-sitwazzjoni jew ma jkunx ħa l-azzjoni xierqa biex jagħmel dan.

Sir af aktar:

Arkivju:

Politika Reġjonali tal-UE: Żomm ruħek infurmat/a