Reġjuni li qed jikbru, Ewropa li qed tikber

Ir-Raba’ Rapport dwar il-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali

Danuta HübnerGħażiż qarrej,

Bi pjaċir qiegħda naqsam miegħek ir-Raba' Rapport dwar il-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali. Il-Kummissjoni Ewropea adottat dan ir-rapport importanti fit-30 ta' Mejju 2007.

Ir-Rapport jipprovdi aġġornament dwar il-progress li sar fil-kisba tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, u l-mod li bih il-politiki ta' l-Istati Membri u tal-Komunità kkontribwew għal dan.

Dan jagħti wkoll l-ewwel evalwazzjoni tal-preparazzjoni għall-2007-2013, ibbażata fuq id-dokumenti ta' programmar sottomessi lill-Kummissjoni mill-Istati Membri sa' l-aħħar t'April 2007.

Finalment, iħares lejn l-isfidi l-ġodda li se jiżdiedu fil-kuntest ta' l-iżvilupp reġjonali fl-20-30 sena li ġejjin - bħad-demografija, il-bidla fil-klima, l-esklużjoni soċjali jew l-enerġija - u jressaq għal dibattitu serje ta' mistoqsijiet dwar l-impatt kumplessiv tagħhom fuq il-politika.

L-għan fuq perjodu ta' żmien twil ta' dan ir-rapport huwa li jniedi r-riflessjoni dwar il-futur tal-politika Ewropea biex tippromwovi aktar koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u biex jiġu mrawwma l-iżvilupp reġjonali u l-kompetittività.

Fl-okkażjoni tar-4 Forum ta' Koeżjoni fis-27 u t-28 ta' Settembru 2007 fi Brussell, jiena ħerqana li naqsam magħkom din il-viżjoni.

Nawguralek qari siewi mit-test tar-rapport u jiena ħerqana li se jkollna diskussjonijiet interessanti miegħek u li jagħtu r-riżultati.

 

Danuta Hübner
Il-Kummissarju għall-Politika Reġjonali

 

Stqarrija għall-Istampa u preżentazzjoni mill-Kummissarju Danuta Hübner - Brussell, 30-05-2007

Test tal-Komunikazzjoni mill-Kummissjonipdf

Indikaturi reġjonali ewlenin en

Preżentazzjoni tal-Power Point de en

 

Growing regions, Growing Europe - Fourth Report on Economic and Social Cohesion

Ir-Raba’ Rapport dwar il-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali

pdf (6 to 45 MB)