Avviż Legali Importanti
 
  Il-Kummissjoni Ewropea > Regional Policy


Newsroom Newsroom Commissioner Debate Issues Directorate General

Glossary | Fittex | Kuntatt | Mailing lists  

Impjiegi Ħarsa ġenerali lejn ir-Regolamenti 2007 – 2013 għall-Politika Reġjonali u ta’ Koeżjoni

 


Aktar tkabbir ekonomiku u impjiegi għar-reġjuni u l-ibliet ta’ l-Unjoni Ewropea – dan il-messaġġ se jkun fil-qalba tal-politika ta’ koeżjoni u fl-istrumenti tagħha bejn l-2007 u l-2013. Matul dak il-perjodu, l-akbar investiment li qatt sar mill-UE permezz ta’ strumenti ta’ koeżjoni se jkun jiswa € 308 biljun (bil-prezzijiet ta’ l-2004) biex jappoġġja l-aġendi tat-tkabbir reġjonali u jistimola l-ħolqien ta’ l-impjiegi. 82% mill-ammont totali se jkunu kkonċentrati fuq l-objettiv ta’ “Konverġenza” li għalih huma eliġibbli l-ifqar Stati Membri u reġjuni. Fil-bqija tar-reġjuni, madwar 16% tal-Fondi Strutturali se jikkonċentraw fuq l-appoġġ għall-innovazzjoni, l-iżvilupp sostenibbli, aċċessibilità aħjar u fuq proġetti ta’ taħriġ taħt l-objettiv “ta’ Kompetittività u ta’ Impjieg Reġjonali”. 2.5% oħra huma disponibbli għall-kooperazzjoni transkonfinali, transnazzjonali u interreġjonali taħt l-objettiv ta’ “Kooperazzjoni Territorjali Ewropea".

Impjiegi Ħarsa ġenerali lejn ir-Regolamenti 2007 – 2013 għall-Politika Reġjonali u ta’ Koeżjoni

Cohesion Policy 2007-2013 Commentaries and Official Texts

L-Artikoli 158-162 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej jistipulaw li l-Unjoni għandha tippromwovi żvilupp ġenerali armonjuż u ssaħħaħ il-koeżjoni ekonomika u soċjali billi tnaqqas id-diskrepanzi fl-iżvilupp bejn ir-reġjuni. Għall-perjodu 2007-2013, l-istrumenti għat-twettiq ta’ dawn l-għanijiet għandhom il-bażi legali tagħhom f’pakkett ta’ ħames regolamenti adottati mill-Kunsill u mill-Parlament Ewropew f’Lulju 2006:
Q&A:
Memo:

Regolament Ġenerali jiddefinixxi prinċipji, regoli u standards komuni għall-implimentazzjoni tat-tliet strumenti ta' koeżjoni, Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali ((European Regional Develpment Fund) ERDF), il-Fond Soċjali Ewropew (European Social Fund (ESF)) u l-Fond ta’ Koeżjoni. Imsejjes fuq il-prinċipju ta’ treġija mqassma bejn l-Unjoni u l-Istati Membri u r-reġjuni, dan ir-regolament jistipula proċess imġedded ta' programmazzjoni, imsejjes fuq il-Linji Gwida Strateġiċi Komunitarji għall-Koeżjoni u s-segwitu tagħhom, kif ukoll standards komuni għall-amministrazzjoni finanzjarja, għall-kontroll u għall-evalwazzjoni. Is-sistema rriformata ta’ twettiq se tipprovdi għal treġija aktar sempliċi, proporzjonali u deċentralizzata tal-Fondi Strutturali u tal-Fond ta’ Koeżjoni.

Corrigendum (01/09/2006) :

Addendum: Bălgarja / România - (CE) 1989/2006 - (21/12/2006)

Corrigendum (02/02/2007) :

Corrigendum (07/06/2007) :

Corrigendum (26/06/2007) :

Corrigendum (12/11/2008) :

(CE) 1341/2008 (18/12/2008) :

(CE) 284/2009 (07/04/2009)

(CE) 539/2010 (16/06/2010)

Ir-regolament dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (ERDF) jiddefinixxi r-rwol u l-oqsma ta’ interventi tiegħu bħalma huma l-promozzjoni ta’ investimenti pubbliċi u privati li jgħinu fit-tnaqqis tad-diskrepanzi reġjonali madwar l-Unjoni. L-ERDF se jappoġġja programmi li jindirizzaw l-iżvilupp reġjonali, il-bidla ekonomika, il-kompetittività msaħħa u l-kooperazzjoni territorjali madwar l-UE kollha. Il-prijoritajiet ta’ finanzjament jinkludu r-riċerka, l-innovazzjoni, il-ħarsien ta' l-ambjent u l-prevenzjoni tar-riskju, filwaqt li l-investiment ta' l-infrastruttura jibqagħlu rwol importanti, speċjalment fir-reġjuni l-inqas żviluppati.

Corrigendum (01/03/2008) :

Corrigendum (12/11/2008) :

(CE) 397/2009 (21/05/2009):

(UE) 437/2010 (19/05/2010)
cs da de el en es et fi fr hu it lt lv mt nl pl pt sk sl sv

Il-Fond Soċjali Ewropew (ESF) se jiġi implimentat skond l-Istrateġija Ewropea ta’ l-Impjiegi u se jiffoka fuq erba’ oqsma ewlenin: iż-żieda fl-adattabilità tal-ħaddiema u ta’ l-intrapriżi, it-titjib fl-aċċess għall-impjiegi u s-seħem fis-suq tax-xogħol, l-infurzar ta’ l-inklużjoni soċjali permezz tal-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni u l-iffaċilitar ta' l-aċċess għas-suq tax-xogħol għall-persuni żvantaġġati, u l-promozzjoni tas-sħubija għar-riforma fl-oqsma ta' l-impjiegi u l-inklużjoni.

(CE) 396/2009 (06/05/2009) :

Il-Fond ta’ Koeżjoni jikkontribwixxi għall-interventi fil-qasam tan-netwerks ta’ l-ambjent u tat-trasport trans-Ewropew. Huwa japplika għall-Istati Membri bi Dħul Gross Nazzjonali (DGN) ta’ inqas minn 90% tal-medja Komunitarja li jfisser li jkopri lill-Istati Membri l-Ġodda kif ukoll lill-Ġreċja u lill-Portugall. Spanja se tkun eliġibbli għall-Fond ta' Koeżjoni fuq bażi tranżitorja. Fil-perjodu l-ġdid, il-Fond se jikkontribwixxi flimkien ma' l-ERDF għall-programmi multi-annwali ta' investimenti mħaddma b’mod deċentralizzat, aktar milli jkunu soġġetti għall-approvazzjoni ta’ proġetti individwali mill-Kummissjoni.

Il-ħames regolament jintroduċi Raggruppament Ewropew ta’ kooperazzjoni territorjali (EGTC).L-għan ta’ dan l-istrument legali l-ġdid huwa li jiffaċilita l-kooperazzjoni transkonfinali, transnazzjonali u/jew inter-reġjonali bejn l-awtoritajiet reġjonali u lokali. Dan ta’ l-aħħar għandu jiġi investit b’personalità legali għall-implimentazzjoni ta’ programmi ta’ kooperazzjoni territorjali msejsa fuq konvenzjoni miftiehma bejn l-awtoritajiet parteċipanti nazzjonali, reġjonali, lokali jew oħrajn pubbliċi.

--------------------------------------------------------

Ir-Regolament tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-applikazzjoni tal-Fondi strutturali u tal-Fondi ta’ koeżjoni 2007-2013 jirrappreżenta ġabra waħda ta’ regoli dettaljati dwar l-amministrazzjoni ta’ l-istrumenti finanzjarji tal-koeżjoni.

Corrigendum (15/02/2007)

Corrigendum (01/09/2009)

(UE) 832/2010 (17/09/2010)
cs da de el en es et fi fr hu it lt lv mt nl pl pt sk sl sv

IL-PROĠETT MAĠĠUR

L-ANNESS XXI : L-INVESTIMENT FL-INFRASTRUTTURA

L-ANNESS XXII : INVESTIMENT PRODUTTIV

Guidelines on cohesion
Cooperation with Financial Institutions
Cohesion Policy and cities
Cohesion Instruments in your Country and Region