Navigation path

Additional tools

Inforegio-Newsroom

Rss
  • Investiment għal tkabbir dewwiemi u impjiegi: l-iżvilupp u governanza tajba taħt il-lenti fis-Sitt Forum ta' Koeżjoni, Brussell fit-8-9 ta' Settembru 2014

    (04/09/2014)

    Is-Sitt Forum ta' Koeżjoni sejjer iseħħ fit-8-9 ta' Settembru u sejjer janalizza l-impatt tal-Politika ta' Koeżjoni tal-UE fil-promozzjoni tal-ħolqieen tat-tkabbir u xogħlijiet fir-reġjuni u bliet tal-Ewropa. B'baġit totali ta' madwar €352 biljun għall-perjodu finanzjarju 2014–2020, il-Politika ta' Koeżjoni sejjer ikollha rwol vitali f'oqsma prinċipali għal tkabbir sostenibbli u fit-tul bħall-innovazzjoni, appoġġ għall-SMEs, titjib tal-kwalifiki tan-nies, inklużjoni soċjali u enerġija. 

    Organizzat kull tliet snin, il-Forum ta' Koeżjoni jlaqqa' fi ħdanu l-aqwa leġiżlaturi u parteċipanti politiċi mill-Istati Membri tal-UE sabiex jivvalutaw b'suċċess il-Politika ta' Koeżjoni fit-twassil tal-miri tagħha. It-tema ta' din is-sena hija "Investiment għal impjiegi u tkabbir: il-promozzjoni tal-iżvilupp u governanza tajba fir-reġjuni u l-bliet tal-UE".Il-ħtieġa għal governanza tajba - kemm f'termini ta' amministrazzjonijiet aktar effiċjenti u trasparenti u ta' politiki makro-ekonomiċi b'saħħithom - hija meqjusa bħala kruċjali sabiex jintlaħaq livell għoli ta' tkabbir u prosperità. 

    Bosta persuni tal-UE, nazzjonali u reġjonali Ewlenin sejrin jingħaqdu f'avveniment ta' jumejn u sejrin jiffokaw fuq it-titijb tal-effikaċja tal-Politika ta' Koeżjoni u t-tnaqqis tad-disparitajiet madwar ir-reġjuni Ewropej.

    Ħu l-opportunità li ssegwi d-dibattitu fuq live streaming

    Aktar informazzjoni:

  • Rapport ġdid tal-Kummissjoni jgħid li l-effiċjenza fl-enerġija, l-impjiegi u l-SMEs huma l-fowkus prinċipali tal-Politika ta’ Koeżjoni 2014-2020 tal-UE

    (23/07/2014)

    Is-sitt rapport tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-Koeżjoni Ekonomika, Soċjali u Territorjali ppubblikat illum juri li l-Politika ta’ Koeżjoni tal-UE qed tagħti riżultati rigward il-miri ta' tkabbir tal-Istrateġija Ewropa 2020 billi ħolqot l-impjiegi u naqqset l-inugwaljanzi madwar l-Ewropa. Ir-rapport jagħti ħarsa 'l quddiem lejn l-2014-2020 u jispjega fil-qosor kif l-investimenti se jkunu ffukati fuq oqsma ewlenin bħall-effiċjenza fl-enerġija, l-impjiegi, l-inklużjoni soċjali u l-SMEs biex jinkiseb ritorn massimu fuq l-investimenti għall-benefiċċju taċ-ċittadini.

    Ir-Rapport janalizza l-istat tal-koeżjoni tal-Unjoni u jenfasizza l-isfidi li qed jiffaċċaw l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali sabiex jingħeleb l-impatt tal-kriżi finanzjarja u ekonomika. B’mod partikolari, ir-Rapport jikkonkludi li l-Politika ta’ Koeżjoni taffiet it-tnaqqis drammatiku tal-investiment pubbliku, billi injettat riżorsi ta’ investiment tant meħtieġa f’bosta Stati Membri u ħolqot stabbiltà finanzjarja vitali li sservi biex tattira l-investiment privat.

    L-investimenti fil-qafas taċ-ċiklu finanzjarju attwali, 2014-2020, huma mistennija jmorru lil hinn b’ħafna aktar enfasi fuq setturi ewlenin bħalma huma l-ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju, il-kompetittività tal-SMEs, l-innovazzjoni u l-impjiegi u l-inklużjoni soċjali. Permezz tal-investimenti tal-Politika ta’ Koeżjoni tal-UE, aktar minn EUR 38 biljun se jkunu disponibbli biex jappoġġaw il-bidla għal ekonomija li tirrispetta aktar l-ambjent, permezz ta’ investimenti fl-effiċjenza tal-enerġija u s-sorsi tal-enerġija rinnovabbli – dan jikkompara ma’ EUR 16.6 biljun investiti fl-ekonomija b’livell baxx ta’ karbonju għall-2007‑2013. Skont il-pjanijiet ta’ nfiq u l-“Ftehimiet ta’ Sħubija” tal-Istati Membri sa EUR 33 biljun (żieda ta’ kważi EUR 10 biljun) se jsostnu lill-SMEs Ewropej biex isiru aktar kompetittivi. Aktar minn EUR 80 biljun se jiġu investiti fil-kapital uman permezz tal-Fond Soċjali Ewropew u l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ.

    F'kumment dwar ir-Rapport, il-Kummissarju għall-Politika Reġjonali qal: "Ir-Rapport tal-lum juri b'mod ċar li l-Politika ta' Koeżjoni saret għodda moderna u flessibbli biex timmira l-isfida differenti li qed jiffaċċaw l-Ewropej illum. Hija s-saħħa tal-investiment tal-Ewropa: reattiva fi kriżi iżda strateġika inkwantu l-ħolqien tat-tkabbir u l-impjiegi li huma tant meħtieġa. Il-jiem ta’ sussidji kbar għat-toroq u l-pontijiet qed isiru ħaġa tal-imgħoddi peress li ħafna Stati Membri qed jagħlqu d-distakk infrastrutturali tagħhom. Investimenti li jiffukaw fuq l-innovazzjoni u t-tkabbir ekoloġiku se joħloq impjiegi dejjiema tajba u jagħtu spinta lill-kompetittività tar-reġjuni tagħna. Iżda l-kriżi kellha impatt fuq ħafna reġjuni u bliet. Għadhom jeżistu disparitajiet u għad hemm ħafna xi jsir. Dawn il-fondi għandhom jintefqu b’mod għaqli li jiżgura l-aħjar riżultati, speċjalment fir-reġjuni u l-ibliet fejn il-ħtiġijiet huma l-aktar urġenti.

    Għal aktar tagħrif:

    Stqarrija għall-istampa

    Il-Politika ta' Koeżjoni tal-UE – is-sitt Rapport ta' Koeżjoni

  • Il-Kummissarju Hahn iħeġġeġ lill-Ewropej biex jgħinu fit-tfassil ta’ Aġenda Urbana futura tal-UE

    (22/07/2014)

    Johannes Hahn, il-Kummissarju għall-Politika Reġjonali tal-UE qed jitlob liċ-ċittadini tal-UE biex jaqsmu l-fehmiet tagħhom dwar l-Aġenda Urbana tal-UE - x’forma għandha tieħu u kif għandha tiġi implimentata. Il-Kummissarju qed isejjaħ għal involviment wiesa’ mill-partijiet konċernati u dawk li jgħixu fl-ibliet f’konsultazzjoni pubblika flimkien ma’ Komunikazzjoni formali li għadha kif ġiet ippubblikata mill-Kummissjoni Ewropea. Minn dan isegwi għadd dejjem jikber ta’ sejħiet għal aktar involviment tal-ibliet fit-tfassil tal-politiki tal-UE u aktar koerenza fil-mod kif l-istituzzjonijiet tal-Ewropa jindirizzaw l-isfidi urbani.

    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Id-dimensjoni urbana tal-politiki tal-UE"tiddeskrivi s-sitwazzjoni ta’ bliet madwar l-UE u l-politiki urbani fl-Istati Membri kif ukoll id-dimensjoni globali tal- urbanizzazzjoni. Hija tenfasizza li l-Aġenda Urbana tal-UE għandha tirrifletti l-objettivi ġenerali tal-UE u għandha tikkumplimenta wkoll il-politiki nazzjonali fl-Istati Membri.

    Il-Kummissarju Johannes Hahn li huwa responsabbli għall-Politika Reġjonali u Urbana tal-UE qal: "Mit-tniġġis sal-faqar, mill-qgħad sal-enerġija, ma nistgħux naffaċċaw l-isfidi tal-Ewropa jew nilħqu l-miri tagħha jekk ma nindirizzawx dawn il-kwistjonijiet fl-ibliet Ewropej. L-Aġenda Urbana tal-UE trid tirrispetta s-sussidjarjetà – iżda fejn nistgħu ntejbu l-politika tal-UE, billi nsaħħu d-dimensjoni urbana, għandna nagħmlu dan, kif ukoll nagħtu rwol ikbar lill-ibliet Ewropej bħala msieħba tal-UE. Il-konsultazzjoni tal-lum hija pass importanti fil-kisba ta’ din il-mira.”

    Għal aktar tagħrif:

    Stqarrijiet għall-istampa - Memo

    Il-konsultazzjoni pubblika hija miftuħa sas-26 ta' Settembru 2014

    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Id-dimensjoni urbana tal-politiki tal-UE"

    Twitter @EU_Regional @JHahnEU #eucities

     

  • Il-Kummissjoni timmira għal riformi fis-settur tal-innovazzjoni għas-sostenn tal-irkupru ekonomiku

    (16/06/2014)

    Il-baġit tal-UE għall-2014-20 jimmarka ċaqliqa deċiżiva lejn ir-R&I u fatturi oħra għat-titjib tat-tkabbir, b’żieda f’termini reali ta’ 30% tal-baġit għall-Orizzont 2020, il-programm il-ġdid tal-UE għar-riċerka u l-innovazzjoni. EUR 83 biljun oħra huma mistennija li jiġu investiti fir-R&I kif ukoll fl-SMEs permezz tal-Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment ġodda.

    Illum il-Kummissjoni Ewropea saħqet fuq l-importanza tal-investimenti u r-riformi tar-riċerka u l-innovazzjoni (R&I) għall-irkupru ekonomiku fl-Unjoni Ewropea u għamlet proposti biex tgħin lill-Istati Membri tal-UE jimmassimizzaw l-impatt tal-baġits tagħhom fi żmien meta ħafna pajjiżi għadhom qed jiffaċċjaw restrizzjonijiet fl-infiq. Iż-żieda tal-investimenti fir-riċerka u l-innovazzjoni tista' tkun mutur ewlieni tat-tkabbir, filwaqt li t-titjib fl-effiċjenza u fil-kwalità tal-infiq pubbliku għar-R&I huwa wkoll kruċjali biex l-Ewropa żżomm jew tikseb pożizzjoni ta' tmexxija f’ħafna oqsma ta’ għarfien u teknoloġiji ewlenin. Il-Kummissjoni impenjat ruħha li tappoġġa lill-Istati Membri fit-twettiq tar-riformi tar-R&I l-aktar adattati għall-bżonnijiet tagħhom, inkluż appoġġ politiku, dejta mill-aqwa u eżempji tal-aħjar prattika.

    Stqarrija għall-istampa

    MEMO

  • Lesti l-kamera tiegħek - Iċ-ċans tiegħek li tirbaħ apparat tar-ritratti li jiswa €1,000 u vjaġġ lejn Brussell

    (12/06/2014)

    It-tielet Kompetizzjoni tar-Ritratti 'L-Ewropa fir-Reġjun Tiegħi’ annwali sejra ssir dan is-Sajf u għal darb'oħra għandha l-għan li żżid l-għarfien dwar proġetti li rċevew finanzjament bħala parti mill-politika reġjonali tal-UE.

    Bħal qabel, il-kompetizzjoni qiegħda ssir permezz tal-paġna tal-Facebook tal-Kummissjoni Ewropea. Il-kompetizzjoni sejra titnieda fit-12 ta' Ġunju u l-applikazzjonijiet sejrin jiġu aċċettati sat-Tnejn, 25 ta' Awwissu 2014 (nofsinhar). Il-100 ritratt bl-ogħla ammont ta' voti, kif ukoll 50 applikazzjoni "wildcard" (li ma kinux inklużi fl-ewwel grupp bl-ogħla ammont ta' voti), jitressqu quddiem ġurija ta' 3 professjonisti tal-fotografija li mbagħad jagħżlu 3 rebbieħa. Ir-rebbieħa sejrin jirċievu l-premjijiet tagħhom - vjaġġ lejn Brussell u €1 000 x'jonfqu fuq apparat ta' kamera diġitali - matul l-OPEN DAYS 2014 f'Ottubru.

    Biex tikseb aktar viżibilità u shares, uża l-hashtag uffiċjali tal-kompetizzjoni kull meta tikkondividi l-applikazzjoni tiegħek fuq Facebook jew Twitter: #EUmyRegion.

    L-app tal-Facebook hija disponibbli biss bl-Ingliż.

  • Skedi informattivi ġodda dwar il-pajjiżi jiddeskrivu fid-dettall il-kisbiet tal-Politika ta' Koeżjoni u l-pjanijiet futuri

    (21/05/2014)

    Skedi informattivi ġodda speċifiċi għall-pajjiż issa huma disponibbli fuq is-sit elettroniku ta' DĠ REGIO. Jipprovdu informazzjoni prinċipali dwar il-pjanijiet ta' kull Stat Membru għall-perjodu ta' finanzjament 2014-2020, inkluż analiżi tal-ammonti allokati tal-finanzjament tal-Politika ta' Koeżjoni u l-prijoritajiet ta' investiment prinċipali. Dawn l-iskedi huma wkoll ritratt aġġornat tar-riżultati li ntlaħqu s'issa u jirreferu għal proġetti ta' suċċess magħżula mill-perjodu 2007-2013. 

    L-iskedi informattivi kollha jistgħu jitniżżlu f'format PDF mis-sit elettroniku ta' DĠ REGIO. Kull skeda hija disponibbli kemm bl-Ingliż kif ukoll bil-lingwa(i) uffiċjali tal-Istat Membru.

    Barra minn hekk, hemm skeda informattiva ġenerali disponibbli fil-lingwi kollha li tipprovdi informazzjoni, fil-forma ta' mistoqsijiet u tweġibiet, dwar ir-riforma tal-Politika ta' Koeżjoni fil-perjodu l-ġdid. Tispjega l-prinċipji bażiċi tal-politika u tipprovdi dettalji ta' kuntatt għal aktar informazzjoni u applikazzjonijiet għal finanzjament.

  • Niċċelebraw il-Kooperazzjoni Territorjali Ewropea Erba’ fruntieri, erba’ problemi, erba’ soluzzjonijiet

    (16/05/2014)

    L-isfidi partikolari li jiffaċċaw terz taċ-ċittadini tal-UE li jgħixu u jaħdmu fir-reġjuni fil-fruntieri tal-Ewropa se jiġu enfasizzati f’avveniment li għandu l-għan li juri kif il-Politika Reġjonali tal-UE qed tgħin lin-nies lokali jsibu soluzzjonijiet permezz tal-Kooperazzjoni Territorjali Ewropea (KTE).

    Aktar minn 8,000 proġett tal-KTE ġew appoġġati fir-reġjuni tal-Ewropa bejn l-2007 u l-2013 — fl-Istati Membri tal-UE u l-Istati mhux membri tal-UE bl-istess mod. Il-biċċa l-kbira ta’ dawn kienu kkonċentrati madwar is-60 fruntiera interna tal-UE u ċ-ċittadini li jgħixu hemmhekk. B'baġit relattivament żgħir, il-proġetti jiksbu riżultati konkreti ħafna: it-tneħħija tal-ostakoli biex jitjiebu s-sigurtà, it-trasport, l-edukazzjoni, l-enerġija, il-kura tas-saħħa, it-taħriġ u l-ħolqien tal-impjiegi.

    Fid-19 u l-20 ta’ Mejju se ssir il-laqgħa annwali fi Brussell tal-Awtoritajiet Maniġerjali tal-Programmi tal-Kooperazzjoni Territorjali Ewropea (KTE) li jimmonitorjaw dawn il-proġetti. Se jingħaqdu magħhom individwi li bbenefikaw minn u pparteċipaw f’erba’ proġetti reġjonali transfruntiera ewlenin. Dawn it-tobba, pulizija, artiġjani u studenti, wara li vvjaġġaw minn diversi partijiet tal-UE, se jingħaqdu mar-rappreżentanti tar-reġjuni tal-fruntieri, inkluża l-Assoċjazzjoni tar-Reġjuni Konfinali Ewropej, biex jaqsmu l-esperjenzi tagħhom ta’ kif proġetti transfruntiera tal-UE għenu biex jindirizzaw l-isfidi tal-eżodu ta' mħuħ, is-sigurtà, is-saħħa, il-qgħad u n-nuqqas ta’ kwalifiki.

    Stqarrija għall-istampa

    Il-programm tal-avveniment, id-19 ta’ Mejju

    Kooperazzjoni Territorjali Ewropea

    Eżempji ta’ proġetti transkonfinali

  • Il-Politika Reġjonali tkompli tkattar it-tkabbir fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant hekk kif l-UE tfakkar l-għaxar anniversarju mill-ħames tkabbir storiku

    (01/05/2014)

    Fl-1 ta’ Mejju 2004, l-Unjoni Ewropea laqgħet fi ħdanha 10 Stati Membri ġodda: Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, l-Ungerjia, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, il-Polonja, is-Slovakkja u s-Slovenja. Dan kien pass storiku, li tella’ t-total minn 15 għal 25 Stat Membru, biex b’hekk kabbar mhux ftit il-popolazzjoni tal-Unjoni u ħoloq l-ikbar għaqda kummerċjali fid-dinja f’leħħa ta’ berqa. Kien ta’ importanza kbira mhux biss mill-perspettiva tal-‘pajjiżi l-ġodda’, iżda għall-UE kollha f’termini ta’ integrazzjoni kulturali, soċjali u ekonomika, tant li sar wieħed mill-iktar avvenimenti importanti fl-istorja ta’ żminijietna.

    Tul l-aħħar 10 snin, l-ekonomiji reġjonali ta’ dawn l-aħħar membri bbenefikaw ferm mill-Politika ta’ Koeżjoni tal-UE. Tabilħaqq, huwa stmat li l-Prodott Domestiku Gross fit-12-il Stat Membru l-ġodda (inklużi l-Bulgarija u r-Rumanija li ssieħbu fl-2007), ser jiżdied b’madwar 1.5% kull sena matul l-implimentazzjoni tal-programmi attwali tal-Politika ta’ Koeżjoni (jiġifieri bejn l-2007 u l-2016). Minħabba l-impatt dejjiemi tal-bidla strutturali ekonomika pożittiva, dan l-impatt jitla’ għal żieda 2.4% fil-PDG fis-sena bejn l-2007 u l-2025.

    L-investimenti tal-Politika ta’ Koeżjoni f’dawn il-pajjiżi sostnew lil negozji innovattivi ġodda u ħolqu impjiegi sostenibbli tajbin għall-ġejjieni, billi wasslu l-broadband f’reġjuni remoti, indirizzaw l-eżodu ta’ mħuħ, u bnew ħoloq vitali tat-trasport li jagħtu s-sehem tagħhom għall-kompetittività reġjonali u nazzjonali

    Barra minn hekk, għall-parti l-kbira ta’ dawk l-Istati Membri, il-Politika ta’ Koeżjoni tirrappreżenta l-investiment pubbliku ewlieni – iktar minn 90% f’ċerti każijiet. B’mod ġenerali, il-Politika ta’ Koeżjoni tal-UE diġà investiet €117.5 biljun f’dawn l-Istati Membri

    Biex ifakkru l-anniversarju speċjali, ir-Rappreżentazzjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea fl-Istati Membri, flimkien mal-imsieħba lokali, qed jorganizzaw medda ta’ attivitajiet u ċelebrazzjonijiet: dibattiti, konferenzi, avvenimenti, wirjiet, testimonjanzi bil-vidjo, kompetizzjoni tar-ritratti, eċċ.

    Iktar tagħrif:

    Ir-Rappreżentazzjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea fl-Istati Membri

    Skedi Informattivi dwar il-Politika ta’ Koeżjoni tal-Istati Membri

    L-investimenti tal-Politika ta’ Koeżjoni fl-Istati Membri li ssieħbu fl-UE wara l-2004

    Ċipru

    Ir-Repubblika Ċeka

    L-Estonja

    L-Ungerija

    Il-Latvja

    Il-Litwanja

    Malta

    Il-Polonja

    Is-Slovakja

    Is-Slovenija

  • Ftehimiet ta' Sħubija u Programmi Operattivi - Sitwazzjoni Attwali

    (30/04/2014)

    Il-Kummissjoni Ewropea issa qiegħda tanalizza l-Ftehimiet ta' Sħubija (PA - Partnership Agreements) uffiċjali li waslu mingħand 28 Stat Membru u l-abbozz ta' Programmi Operazzjonali (OP - Operational Programmes) tal-Politika ta' Koeżjoni minn 10 pajjiżi li jiddeskrivu l-pjanijiet ta' investiment tagħhom għall-Fondi Strutturali u ta' Investiment tal-UE għall-perjodu ta' programmar 2014-2020.

    Il-PA u l-OP ġew minn: 

    • Polska:  PA 10/01 u l-22 OPs kollha sottomessi
    • France: PA 14/01 u 25 OP sottomessi
    • Latvija: PA 15/02 u l-OP waħdieni tagħhom sottomessi
    • Portugal: PA 04/02 u I-12 OP kollha sottomessi
    • Lietuva: PA 04/01 u l-OP waħdieni tagħhom sottomessi
    • Slovensko: PA 14/02
    • Suomi: Finlandja PA 17/02 u l-OP waħdieni tagħhom sottomessi
    • Deutschland: PA 26/02 u 6 OPs sottomessi
    • Eesti: PA 28/02 u l-OP waħdieni tagħhom sottomessi
    • Danmark: PA 04/03 u ż-żewġ OPs sottomessi
    • Magyarország: PA 07/03
    • Nederland: PA 10/03 u l-5 OPs kollha sottomessi
    • România: PA 01/04
    • Malta: PA 01/04
    • България/Bulgaria: PA 02/04
    • Slovenija: PA 10/04
    • Sverige: PA 17/04
    • Κύπρος: PA 17/04
    • Ceská republika: PA 17/04
    • Österreich: PA 17/04
    • United Kingdom: PA 17/04
    • Ελλάδα: PA 17/04
    • Italia: PA 22/04
    • España: PA 22/04
    • Hrvatska: PA 22/04
    • Éire/Ireland: PA 22/04
    • Belgien/Belgique/België: PA 23/04
    • Luxembourg: PA 30/04

    OP tal-ETC (Kooperazzjoni Territorjali Ewropea) wieħed (NL-DE) ġie sottomess ukoll

    Il-Kummissjoni enfasizzat li approċċ strateġiku għall-użu tal-fondi huwa ta' importanza fundamentali u l-kwalità hija aktar importanti mill-veloċità.

    Il-Kummissjoni sejra tkompli tanalizza bir-reqqa l-Ftehimiet ta' Sħubija u sejra tibgħat osservazzjonijiet lill-Istati Membri.

    L-ewwel adozzjonijiet huma mistennija f'Mejju, b'dawk aktar tard fil-Ħarifa.

  • Il-Politika ta’ Koeżjoni Riformata għall-2014-2020 żvelata f’Panorma

    (08/04/2014)

    L-edizzjoni tax-Xitwa tar-rivista Panorama għandha bħala t-tema ewlenija tagħha l-Politika ta’ Koeżjoni riformata għall-2014-2020 u tanalizza d-dettalji ta’ xi tfisser din għall-partijiet interessati kollha. F’intervista esklussiva, il-President tal-Kummissjoni Barroso jindika kif il-Politika ta’ Koeżjoni riformata ser tgħin biex toħloq it-tkabbir u l-impjiegi u biex jintlaħqu l-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020.

    Il-qarrejja tagħna jikkontribwixxu wkoll għad-dibattitu f’taqsima estiża “Fi Kliemek” fejn rappreżentanti mill-Istati Membri, ir-reġjuni u l-assoċjazzjonijiet madwar l-Ewropa kollha jaqsmu l-ħsibijiet tagħhom dwar ir-riforma u t-tamiet tagħhom għall-perjodu ta’ finanzjament il-ġdid.

    F’partijiet oħrajn minn din il-ħarġa, nindikaw il-punti ewlenin tar-riforma u l-prijoritajiet tematiċi; niddeskrivu l-proċess ta’ approvazzjoni tal-baġit mill-perspettiva tal-Parlament Ewropew, nipprovdu informazzjoni dwar kif issir applikazzjoni għal finanzjament u reviżjoni tal-istrateġiji u l-obbligi ta’ komunikazzjoni. Ser issib ukoll l-għażla tas-soltu ta’ punti ta’ aħbarijiet u proġetti ewlenin minn madwar l-UE kollha.

  • Ewropa iktar innovattiva b'differenzi reġjonali li għadhom kbar

    (04/03/2014)

    L-Ewropa qed tagħlaq id-distakk fl-innovazzjoni mal-Istati Uniti u l-Ġappun, imma d-differenzi fil-prestazzjoni bejn l-Istati Membri tal-UE għadhom kbar u qed jonqsu bil-mod wisq. Fuq livell reġjonali, id-distakk fl-innovazzjoni qed jikber, bir-rendiment fl-innovazzjoni sejjer lura fi kważi wieħed minn kull ħames reġjuni tal-UE. Dawn huma r-riżultati ewlenin tat-Tabella ta' Valutazzjoni tal-Innovazzjoni fl-Unjoni għall-2014 u tat-Tabella ta' Valutazzjoni tal-Innovazzjoni Reġjonali 2014 tal-Kummissjoni Ewropea. Il-klassifikazzjoni ġenerali fl-UE tibqa’ relattivament stabbli, bl-Iżvezja fuq nett, segwita mid-Danimarka, il-Ġermanja u l-Finlandja — l-erba’ pajjiżi li jinvestu l-aktar fir-riċerka u l-innovazzjoni. Il-pajjiżi li l-aktar tejbu l-pożizzjoni tagħhom huma l-Portugall, l-Estonja u l-Latvja. B'mod ġenerali il-progress kien xprunat mill-ftuħ u l-attrattività tas-sistema ta' riċerka tal-UE, kif ukoll mill-kollaborazzjoni fil-qasam tal-innovazzjoni tan-negozji u l-kummerċjalizzazzjoni tal-għarfien kif imkejla mid-dħul mil-liċenzji u l-privattivi minn barra l-pajjiż. Madanakollu, it-tkabbir fl-infiq pubbliku għar-R&Ż kien megħlub minn tnaqqis f'investimenti ta' kapital ta' riskju u investimenti għall-innovazzjoni mhux tar-R&Ż f'kumpaniji.

     

    Press Release

    Memo

    Full report of the Innovation Union Scoreboard 2014

    Full report of the Regional Innovation Scoreboard 2014

  • It-tfassil ta' Aġenda Urbana tal-UE għall-ibliet ta’ għada

    (14/02/2014)

    L-għoti ta' leħen aktar qawwi lill-ibliet tal-Ewropa, u t-tqegħid tal-aġenda urbana fil-qalba tat-tfassil tal-politika tal-UE se jkunu għanijiet ċentrali tal-forum CiTIEs: l-Ibliet ta' Għada: l-investiment fl-Ewropa li se jsir fi Brussell bejn is-17 u t-18 ta' Frar.

    Il-Kummissarju Ewropew għall-Politika Reġjonali Johannes Hahn qed jiġbor flimkien personalitajiet importanti fil-politika urbana biex titfassal it-triq 'l quddiem għal Aġenda Urbana ġdida tal-UE. B’aktar minn żewġ terzi tal-Ewropej jgħixu fl-ibliet, il-laqgħa hija mfassla biex tesplora u tiddibatti modi biex l-ibliet jingħataw prominenza akbar fil-politika Ewropea, biex ikun żgurat li jinftiehmu aħjar il-ħtiġijiet tal-ibliet, u li l-politiki jkunu aktar ikkoordinati. Għandha l-għan li tenfasizza r-rwol ċentrali li jista’ jkollhom l-ibliet fil-kisba ta' objettivi Ewropej usa’ bħal ma huma t-tibdil fil-klima, il-qgħad u l-esklużjoni soċjali.

    Id-diskussjoni se ddur madwar dokument esplorattiv imħejji mill-Kummissjoni Ewropea. Se jsiru serje ta’ avveniment li jinvolvu atturi ċentrali li jinkludu bosta esperti urbani, assoċjazzjonijiet ta' bliet, awtoritajiet lokali kif ukoll rappreżentanti minn ministeri nazzjonali. Sindki minn 16-il-belt kapitali fl-UE li se jiltaqgħu fil-Forum, huma wkoll mistennija jissieħbu mas-sejħa mill-Istati Membri għal aġenda urbana koerenti tal-UE.

    Għal aktar tagħrif

     

  • Tnieda l-premju Reġjun Intraprenditorjali Ewropew għall-2015

    (03/02/2014)

    Il-Kumitat tar-Reġjuni nieda l-premju Reġjun Intraprenditorjali Ewropew (EER) għall-2015, li għandu l-għan li jippremja l-bliet u r-reġjuni fl-Ewropa bl-iżjed viżjonijiet li jħarsu lejn il-futur. L-applikazzjonijiet ​għall-5 edizzjoni ta' dan il-premju, li ġiet inawgurata mis-Sur Luc Van den Brande, (BE/PPE), President tal-Aġenzija ta' Kuntatt Fjamminga-Ewropea matul l-Assemblea tal-SMEs Ewropej f'Vilnjus, qed jintlaqgħu sal-31 ta' Marzu 2014. 

    Il-premju Reġjun Intraprenditorjali Ewropew jidentifika u jippremja lil dawk ir-reġjuni li għandhom viżjoni intraprenditorjali straordinarja li titwettaq permezz ta' miżuri konkreti u li jistgħu jitkejlu, li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tas-Small Business Act għall-Ewropa u li jagħmlu l-aqwa użu mill-fondi pubbliċi, irrispettivament mid-daqs, il-ġid jew il-kompetenzi tagħhom. Ir-reġjuni bl-aktar strateġija konvinċenti jingħataw it-tikketta “Reġjun Intraprenditorjali tas-Sena”. L-għan tal-inizjattiva huwa li jinħolqu u jiġu promossi reġjuni dinamiċi, ekoloġiċi u intraprenditorjali madwar l-Ewropa kollha. 

    "L-SMEs huma l-ixpruni tal-irkupru ekonomiku tal-Ewropa. L-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali għandhom jingħaqdu flimkien biex jipprovdu l-kundizzjonijiet adatti għas-suċċess tal-intrapriżi. L-inizjattiva tal-EER tippremja r-reġjuni Ewropej li jimpenjaw ruħhom biex joħolqu ambjent fejn jitrawmu l-intrapriżi. Jekk intom lesti li tisfruttaw il-potenzjal intraprenditorjali tar-reġjun tagħkom, nistedinkom tapplikaw għall-premju EER 2015", qal is-Sur Van den Brande. 

    L-istrateġija reġjonali ppremjata tiġi evalwata matul is-sentejn ta' wara u r-riżultati u l-kisbiet ewlenin jinqasmu u jiġu diskussi fost l-awtoritajiet lokali u reġjonali fi ħdan in-netwerk tal-EER. 

    L-applikazzjonijiet jintlaqgħu sal-31 ta' Marzu 2014. Il-formola tal-applikazzjoni u l-mudell tal-iskeda informattiva flimkien ma’ aktar informazzjoni jinsabu fil-paġna web tal-EER: www.cor.europa.eu/eer. Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ikkuntattja lil: eer-cdr@cor.europa.eu.

  • Triljun ewro x'ninvestu fil-ġejjieni tal-Ewropa – il-qafas baġitarju tal-UE 2014-2020

    (19/11/2013)

    Illum il-Parlament Ewropew ivvota favur il-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) tal-UE għas-snin 2014 sa 2020. Il-kunsens tal-PE jwitti t-triq għall-approvazzjoni finali mill-Kunsill fil-ġimgħat li ġejjin. Waslu fi tmiemhom is-sentejn u nofs ta' negozjati intensi li kienu ilhom għaddejjin minn mindu l-Kummissjoni kienet ressqet il-proposti tagħha fid-29 ta’ Ġunju 2011.

    Il-Qafas Finanzjarju Pluriennali tal-UE għall-2014-2020 jippermetti lill-Unjoni Ewropea tinvesti sa EUR 960 biljun f’impenji (1.00 % tad-ING tal-UE) u EUR 908.4 biljun f’pagamenti (0.95 % tal-ING tal-UE). Strumenti għal ċirkostanzi mhux previsti (bħar-Riżerva għall-Għajnuna ta’ Emerġenza, il-Fond Ewropew tal-Globalizzazzjoni, il-Fond ta’ Solidarjetà u l-istrument ta’ Flessibbiltà) u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp jinsabu 'l barra mil-limiti massimi tal-QFP. Jekk ikunu attivati għalkollox, dawn jirrappreżentaw EUR 36.8 biljun addizzjonali (jew 0.04 % tal-ING tal-UE). Il-qafas baġitarju tal-UE għall-2014-2020 jiddefinixxi l-prijoritajiet tal-infiq li huma orjentati lejn it-tkabbir sostenibbli, l-impjiegi u l-kompetittività skont l-istrateġija tal-UE għat-tkabbir Ewropa 2020. Pereżempju, meta mqabbla mal-qafas attwali, l-Intestatura 1A (il-kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi) żdiedet minn EUR 91.5 biljun (= 9.2 % tal-baġit) għal EUR 125.6 biljun (13.1 % tal-baġit).

    B’mod ġenerali, il-politika ta’ koeżjoni riformata se tkun qed tagħmel sa EUR 366.8 biljun1 disponibbli biex jiġu investiti fir-reġjuni, fl-ibliet u fl-ekonomija reali tal-Ewropa. Din se tkun l-għodda ewlenija tal-UE għall-investimenti biex jintlaħqu l-miri tal-Ewropa 2020: li jiżdied it-tkabbir u jinħolqu l-impjiegi, li jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima u d-dipendenza fuq l-enerġija, u li jitnaqqsu l-faqar u l-esklużjoni soċjali. Dan se jkun appoġġat billi l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali jiġi mmirat lejn prijoritajiet ewlenin bħall-appoġġ għall-intrapriżi żgħar u medji fejn l-għan huwa li jiġi rduppjat l-appoġġ minn EUR 70 biljun għal EUR 140 biljun fuq perjodu ta' 7 snin. L-orjentazzjoni lejn ir-riżultati se tkun aktar iffukata u se jkun hemm riżerva tal-prestazzjoni ġdida fil-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej kollha li jinċentivaw proġetti tajbin. Fl-aħħar nett, l-effiċjenza fil-politika ta’ koeżjoni, fl-iżvilupp rurali u fil-fond għas-sajd se tkun marbuta wkoll mal-governanza ekonomika biex titħeġġeġ il-konformità tal-Istati Membri mar-rakkomandazzjonijiet tal-UE taħt is-Semestru Ewropew.

    1. il-prezzijiet kurrenti: Ekwivalenti fi prezzijiet tal-2011: EUR 325 biljun.

    Infographic : A reformed Cohesion Policy for Europe : the main investment policy for growth and jobs

    Konċentrazzjoni ġdida tal-Politika ta' Koeżjoni tal-UE għal Impatt Massimu fuq it-Tkabbir u x-Xogħlijiet: Ir-Riforma f'10 punti

    Stqarrija għall-istampa

  • Konċentrazzjoni ġdida tal-Politika ta' Koeżjoni tal-UE għal Impatt Massimu fuq it-Tkabbir u x-Xogħlijiet: Ir-Riforma f'10 punti

    (19/11/2013)

    Skont il-baġit tal-UE għall-2014-2020, il-Politika ta' Koeżjoni se tinvesti €325 biljun fl-Istati Membri tal-Ewropa u r-reġjuni u l-ibliet tagħhom biex twettaq il-miri ta' tkabbir u impjiegi madwar l-UE kollha, kif ukoll biex tittratta l-kambjament fil-klima, id-dipendenza fuq l-enerġija u l-esklużjoni soċjali. Jekk titqies il-kontribuzzjoni nazzjonali tal-istati membri, u l-effett ta' lieva tal-istrumenti finanzjarji, l-impatt ġenerali x'aktarx ikun aktar minn €500 biljun. Ir-riforma tal-Politika ta' Koeżjoni se tiżgura impatt massimu għal dawn l-investimenti, adattata għall-bżonnijiet individwali tar-reġjuni u l-ibliet. L-elementi prinċipali tar-riforma huma:

    1. L-investiment fir-reġjuni kollha tal-UE u l-adattament tal-livell ta' appoġġ u tal-kontribuzzjoni nazzjonali (rata ta' kofinanzjament) għal-livelli tagħhom ta' żvilupp:

    • Reġjuni Inqas Żviluppati (PDG < 75% tal-medja tal-UE-27)

    • Reġjuni ta' Tranżizzjoni (PDG 75% sa 90% tal-medja tal-UE-27)

    • Reġjuni Iktar Żviluppati (PDG > 90 % tal-medja tal-UE-27)

    2. Konċentrazzjoni fuq ir-riżorsi f'setturi prinċipali ta' tkabbir: Investimenti taħt il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) se jkunu kkonċentrati fuq 4 prioritajiet prinċipali: l-innovazzjoni u r-riċerka, l-aġenda diġitali, l-appoġġ għall-intrapriżi żgħar u medji (SMEs) u l-ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju, skont il-kategorija tar-reġjun (Inqas Żviluppat: 50%, ta' Tranżizzjoni: 60%, u Iktar Żviluppat: 80%). Madwar €100 biljun se jkun ddedikat għal dawn is-setturi, li minnhom tal-inqas €23 biljun se jappoġġjaw il-bidla għal ekonomija b'anqas emissjonijiet ta' karbonju (effiċjenza enerġetika u enerġiji rinovabbli). Dwar dan, hemm obbligi separati biex jiġu ddedikati riżorsi tal-FEŻR (Inqas Żviluppati: 12%, ta' Tranżizzjoni: 15%, u Iktar Żviluppati: 20%).

    Madwar €66 biljun se jkunu ffokati fuq rabtiet ta' trasport Trans-Ewropej u proġetti ta' infrastruttura ambjentali prinċipali permezz tal-Fond ta' Koeżjoni.

    Permezz tal-Fond Soċjali Ewropew (FSE), il-Politika ta' Koeżjoni se tipprovdi kontribuzzjoni sinifikanti għall-prioritajiet tal-UE fil-qasam tal-impjieg, per eżempju permezz ta' taħriġ u tagħlim matul il-ħajja u l-inklużjoni soċjali (minn tal-inqas 20% tal-FSE f'kull Stat Membru se jkollu jiġi użat biex jappoġġja dan l-objettiv). L-allokazzjoni tal-FSE se tiġi stabbilita skont il-bżonnijiet ta' kull Stat Membru, skont minimu predefinit, li tirriżulta f'total ta' minn tal-inqas €70 biljun. L-Inizjattiva l-ġdida favur l-Impjieg fost iż-Zgħażagħ relatata mal-FSE u b'valur ta' minn tal-inqas 6 biljun € se tappoġġja l-implimentazzjoni tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ.

    3. L-istabbiliment ta' miri u objettivi ċari, trasparenti u miżurabbli għal responsabbiltà u riżultati: Pajjiżi u reġjuni se jkollhom iħabbru bil-quddiem x'objettivi jkollhom l-intenzjoni li jilħqu bir-riżorsi disponibbli u jidentifikaw b'mod preċiż kif se jitqies il-progress lejn dawk l-objettivi. Dan se jippermetti monitoraġġ u dibattitu regolari fuq kif jiġu użati r-riżorsi finanzjarji. Se jfisser li fondi addizzjonali jistgħu jkunu disponibbli għal programmi ta' prestazzjoni aħjar (permezz ta' hekk imsejħa "riżerva ta' prestazzjoni") lejn l-aħħar tal-perjodu.

    4. L-introduzzjoni ta' kundizzjonijiet qabel ma l-fondijkunu jistgħu jitqassmu biex jiġu żgurati investimenti aktar effettivi. Per eżempju, strateġiji ta' "speċjalizzazzjoni intelliġenti" biex jiġu identifikati setgħat partikolari u riformi favorevoli għall-intrapriżi, strateġiji tat-trasport, miżuri sabiex jittejbu sistemi ta' akkwist pubbliku, konformità mal-liġijiet ambjentali, strateġiji biex jiġi miġġieled l-impjieg taż-żgħażagħ, it-tluq bikri mill-iskola jew biex tiġi promossa l-ugwaljanza bejn is-sessi u n-nondiskriminazzjoni huma kollha prekundizzjonijiet neċessarji.

    5. L-istabbiliment ta' strateġija komuni għal aktar koordinazzjoni u inqas koinċidenza: Qafas Strateġiku Komuni jipprovdi l-bażi għal koordinazzjoni aħjar bejn il-Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment (l-FEŻR, il-Fond ta' Koeżjoni u l-ESF bħala t-tliet fondi taħt il-Politika ta' Koeżjoni kif ukoll il-fondi ta' Żvilupp Rurali u tas-Sajd). Dan jorbot ukoll aħjar ma' strumenti oħrajn tal-UE bħal Horizon 2020, il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa jew il-Programm għall-Impjieg u l-Innovazzjoni Soċjali.

    6. It-tnaqqis tal-burokrazija u s-simplifikazzjoni tal-użu ta' investimenti tal-UE permezz ta' sett ta' regoli komuni għall-Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment kollha kif ukoll regoli ta' kontabbiltà aktar sempliċi, obbligi ta' rappurtaġġ aktar immirati u aktar użu ta' teknoloġija diġitali ("koeżjoni elettronika").

    7. It-tkabbir tad-dimensjoni urbana tal-politika billi jiġi ddedikat ammont minimu ta' riżorsi taħt l-FEŻR biex jintefaq fuq proġetti integrati fl-ibliet - minbarra nfiq ieħor f'żoni urbani.

    8. It-tisħiħ tal-kooperazzjoni transkonfinali u l-iffaċilitar tal-istabbiliment ta' proġetti transkonfinali. Kif ukoll jiġi żgurat li strateġiji makroreġjonali bħal dawk tad-Danubju u tal-Baħar Baltiku jiġu appoġġjati minn programmi nazzjonali u reġjonali.

    9. Jiġi żgurat li l-Politika ta' Koeżjoni tiġi marbuta aħjar ma' governanza ekonomika tal-UE iktar wiesa': Il-programmi se jkollhom ikunu iktar kunsistenti ma' Programmi ta' Riforma Nazzjonali u għandhom jindirizzaw ir-riformi rilevanti identifikati permezz tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi fis-Semestru Ewropew. Jekk ikun hemm bżonn, il-Kummissjoni tista' titlob lill-Istati Membri - taħt l-hekk imsejħa klawsola "tal-kondizzjonalità makroekonomika" - biex jimmodifikaw programmi li jappoġġjaw riformi strutturali prinċipali. Bħala l-aħħar għażla, tista' tissospendi l-fondi jekk ir-rakkomandazzjonijiet ekonomiċi jinkisru ripetutament u serjament.

    10. L-inkoraġġament ta' aktar użu ta' strumenti finanzjarji biex l-SMEs jingħataw aktar appoġġ u aċċess għall-kreditu: Is-self, il-garanziji u l-kapital ta' riskju u self se jkunu appoġġjati b'fondi tal-UE permezz ta' regoli komuni, it-twessigħ tal-ambitu tal-użu tagħhom u l-provvediment ta' inċentivi (eż. rati ta' kofinanzjar għola). L-enfasi fuq self aktar milli fuq għotjiet għandu jtejjeb il-kwalità tal-proġetti u jiskuraġġixxi d-dipendenza fuq is-sussidji.

  • Nimmobilizzaw il-potenzjal tal-innovazzjoni għat-tkabbir: Il-Kummissarju Hahn jistieden lir-reġjuni tal-UE biex jaġixxu

    (08/11/2013)

    It-titjib fil-kompetittività tar-reġjuni tal-UE permezz ta’ investimenti tal-UE u pjanar immirat, illum qed jiġi sottolinjat minn Johannes Hahn, il-Kummissarju għall-Politika Reġjonali. Meta tkellem illum waqt konferenza fi Brussell bit-tema “Ir-reġjuni bħala muturi ta’ tkabbir ġdid permezz ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti”, il-Kummissarju Hahn ħeġġeġ lir-reġjuni jidentifikaw l-assi ewlenin tagħhom u jiffokaw ir-riżorsi fuqhom biex ikunu jistgħu jtejbu l-vantaġġ kompetittiv tagħhom. Dan l-avveniment ta’ livell għoli, organizzat mid-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni dwar il-Politika Reġjonali u Urbana u tar-Reġjun ta' Flanders, jagħti rendikont dwar kif dawn l-hekk imsejħa “strateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti” qegħdin javvanzaw madwar il-pajjiżi u r-reġjuni tal-Ewropa. Dawn huma element ċentrali tal-politika l-ġdida ta’ koeżjoni tal-UE kif ukoll prekundizzjoni għall-użu ta’ investimenti bil-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali.

    Id-dibattitu sar fi żmien kruċjali, minħabba li l-proposti ġodda tal-Politika ta’ Koeżjoni 2014-2020 jinsabu fil-fażi finali. Aspett ewlieni tal-politika ġdida riformata huwa l-introduzzjoni ta’ kundizzjonijiet li jridu jiġu ssodisfati qabel ma l-fondi jistgħu jintefqu. Wieħed minn dawn huwa l-iżvilupp ta’ "strateġija ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti" ċara u mfassla bir-reqqa għar-riċerka u l-innovazzjoni. Din għandha sservi ta’ gwida dwar kif l-investimenti għandhom jiġu użati matul is-seba' snin li jmiss u tiżgura li miri ċari jiġu mwassla fil-post.

    Il-President tal-Kunsill Ewropew, Herman Van Rompuy se jagħmel id-diskors ewlieni waqt l-avveniment. Flimkien mal-Kummissarju Hahn, Danuta Hübner, il-President tal-Kumitat tal-Parlament Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u Kris Peeters, Ministru-President ta' Flanders se jitkellmu wkoll fil-konferenza. L-idea hija li jkun hemm aktar għaqda biex tiġi esplorata l-kooperazzjoni bejn il-fruntieri u s-sinerġiji bejn strateġiji eżistenti u hija mmirata prinċipalment lejn dawk li jfasslu l-politika, ir-riċerkaturi, u s-settur tal-industrija fl-oqsma tar-riċerka, l-innovazzjoni u l-iżvilupp reġjonali.

    Videos on Smart Specialisation

    The Kingdom of Smart
    The Kingdom of Smart
    Technological advancement in Flanders' health care system through Smart Specialisation
    Technological advancement in Flanders' health care system through Smart Specialisation
    Smart Specialisation for the shoe business in the Marche Region
    Smart Specialisation for the shoe business in the Marche Region
    Smart Specialisation in Poland takes off for the future through the Flaris project
    Smart Specialisation in Poland takes off for the future through the Flaris project
    Smart Specialisation: PLOCAN Oceanic Research Centre on the Canary Islands
    Smart Specialisation: PLOCAN Oceanic Research Centre on the Canary Islands

    Stqarrijiet għall-istampa

    Aktar informazzjoni

  • It-Tieni Kompetizzjoni Ewropea dwar l-Innovazzjoni Soċjali

    (24/10/2013)

    Għandek idea biex tiġġieled kontra r-rata għolja tal-qgħad? Taħseb li tista' ttejjeb il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-persuni b’impjiegi b’pagi baxxi — minħabba s-sess, l-età, l-istatus soċjali jew diżabilità? Taf kif ittejjeb l-opportunitajiet għal 27 miljun Ewropew li bħalissa jinsabu bla xogħol? Jekk iva, it-tieni Kompetizzjoni Ewropea dwar l-innovazzjoni Soċjali hi mfassla għalik!

    Il-Kompetizzjoni, imnedija b’tifkira ta’ Diogo Vasconcelos, tistieden lill-Ewropej biex joħorġu b’soluzzjonijiet ġodda biex jonqos il-qgħad u jiġu minimizzati l-effetti negattivi tal-qgħad fuq l-ekonomija u s-soċjetà tagħna kemm issa kif ukoll fil-ġejjieni. L-innovazzjoni soċjali mhix biss mixtieqa, hija bżonn.

    Ma jimpurtax jekk għadek ma sibtx l-investitur it-tajjeb għall-ideat tiegħek. Nistgħu ngħinuk tagħti ħajja lill-proġett tiegħek bħala parti mill-Akkademja għall-Innovazzjoni Soċjali tagħna. It-tliet proġetti rebbieħa se jingħataw appoġġ finanzjarju ta’ EUR 30,000.

    Dan mhux kollox. Ir-rebbieħa tal-ewwel edizzjoni jenfasizzaw li l-Kompetizzjoni tathom l-opportunità li jiżviluppaw idea tajba, li jagħtu leġittimità lil xogħolhom, u fl-aħħar iżda mhux l-inqas, li jagħmlu s-soluzzjoni tagħhom aċċessibbli għal aktar nies.

    It-Tieni Kompetizzjoni Ewropea dwar l-Innovazzjoni Soċjali

  • OPEN DAYS: Ir-reġjuni u l-bliet tal-Ewropa jibdew il-vjaġġ għall-2020 u jinvestu fit-tkabbir

    (04/10/2013)

    Aktar minn 5,500 rappreżentanti reġjonali u urbani minn madwar l-Ewropa, se jkunu qed jaqsmu l-opinjonijiet u l-approċċi dwar kif il-ġenerazzjoni li jmiss ta’ investimenti taħt il-politika reġjonali tal-UE tista’ terġa' tqiegħed lill-Ewropa lura fit-triq lejn it-tkabbir, il-ħolqien tal-impjiegi u t-tisħiħ tal-kompetittività.

    Il-11-il "OPEN DAYS - Ġimgħa Ewropea tar-reġjuni u l-ibliet" se sseħħ mis-7 sal-10 ta' Ottubru fi Brussell. L-attività ta’ erbat ijiem li hija l-akbar tax-xorta tagħha, se ġġib flimkien lil dawk li jfasslu l-politiki, il-politiċi u l-esperti biex jiddiskutu kwistjonijiet ewlenin li jiffaċċjaw il-Politika Reġjonali tal-UE llum. Hija se ssir hekk kif riformi fundamentali għall-politika qed jiġu ffinalizzati u l-ippjanar għall-programmi 2014-20 qed jilħaq fażi kritika. Ospitat minn Johannes Hahn, il-Kummissarju tal-UE għall-Politika Reġjonali u Ramón Luis Valcárcel, il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni, l-avveniment se jinfetaħ minn José Manuel Barroso, il-President tal-Kummissjoni Ewropea. Is-sessjoni tal-ftuħ se tinkludi dibattitu b'numru ta' parteċipanti dwar ir-rwol ċentrali tal-Politika Reġjonali tal-UE biex tixpruna l-irkupru u t-tkabbir tal-Ewropa.

    F'diskors ta' qabel l-avveniment, il-Kummissarju Hahn stqarr: “L-OPEN DAYS ta’ din is-sena, hija l-punt tat-tluq għal kif ninvestu u nippjanaw il-fondi tagħna matul is-seba’ snin li ġejjin. OPEN DAYS 2013 qed issir f’mument deċiżiv għall-politika reġjonali tal-UE. In-negozjati dwar ir-riforma tal-Politika huma f’fażi finali, filwaqt li reġjuni qegħdin jaħdmu mill-qrib ħafna mas-servizzi tal-Kummissjoni biex iħejju t-triq u jippreżentaw l-istrateġiji tagħhom għall-ġenerazzjoni li jmiss ta’ programmi. Il-Politika l-ġdida, riformata tagħna toffri lir-reġjuni opportunità reali biex jinvestu fil-ġejjieni tat-tkabbir u l-prosperità. Dan ifisser li nimmiraw lejn prijoritajiet tal-investiment iżda fl-istess ħin nibnu fuq il-punti ta' saħħa individwali tal-bliet u r-reġjuni tagħna. Nistenna bil-ħerqa d-diskussjoni tagħna dwar kif il-Politika Reġjonali tista’ tgħin tittrasforma l-bliet u r-reġjuni tagħna, u tagħmilhom aktar kompetittivi u tgħinhom jiġġeneraw it-tkabbir u joħolqu l-impjiegi.”

    Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni Valcárcel żied jgħid: “Politika ta’ koeżjoni riformata qiegħda tissawwar u għandha l-missjoni li tipprovdi malajr kemm jista’ jkun għodda effettiva biex tappoġġja l-irkupru u tagħti spinta lill-impjiegi. Ir-reġjuni u l-awtoritajiet lokali jinsabu f'tellieqa kontra l-ħin biex jiżguraw li l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ investiment 2014-2020 tibda matul is-sena li ġejja. Il-Kumitat tar-Reġjuni huwa impenjat bis-sħiħ biex jgħin lir-reġjuni jirbħu din it-tellieqa filwaqt li jipprovdu l-ogħla kwalità ta’ proġetti u strateġiji. F’din il-perspettiva, l-OPEN DAYS 2013 se jkunu opportunità kruċjali għall-atturi prinċipali tal-politika reġjonali biex jiffamiljarizzaw ruħhom mal-istrumenti u r-regoli l-ġodda, kif ukoll jiskambjaw l-aħjar ideat biex jipprovdu t-tkabbir fir-reġjuni tagħna.”

     

    Din is-sena OPEN DAYS għandha l-islogan “Ir-reġjuni u l-bliet tal-Ewropa jibdew il-vjaġġ għall-2020”, b’100 grupp ta’ ħidma li jiffukaw fuq it-temi li ġejjin:

    • Il-ġestjoni tal-bidla 2014-2020: Approċċi innovattivi biex nissodisfaw il-prijoritajiet futuri tal-investiment, (pereżempju investiment territorjali integrat, pjanijiet ta’ azzjoni konġunta, kwistjonijiet ta’ governanza, strumenti finanzjarji, eċċ.).
    • Sinerġiji u kooperazzjoni: bejn id-diversi politiki tal-UE, nazzjonali u reġjonali u l-użu flimkien ta' sorsi differenti ta’ finanzjament. Diversi approċċi differenti lejn il-kooperazzjoni se jiġu eżaminati, bħal strateġiji makroreġjonali, jew bejn l-amministrazzjonijiet nazzjonali, reġjonali u muniċipali u istituzzjonijiet esperti.
    • Sfidi u soluzzjonijiet: L-isfidi komuni li jiffaċċjaw iż-żoni reġjonali u urbani tal-Ewropa jiġu vvalutati u jiġu proposti soluzzjonijiet prattiċi, pereżempju: l-aċċess tal-SMEs għall-kreditu u għas-swieq globali, il-qgħad fost iż-żgħażagħ, l-isfidi demografiċi, l-iskart, l-ilma u l-ġestjoni tar-riskji naturali, il-konġestjoni, it-tniġġis jew il-konsum għoli ta’ enerġija.

    Il-punti ewlenin tal-programm

    Il-President Valcárcel u l-Kummissarju Hahn se jospitaw roundtable fis-7 ta' Ottubru fis-13:30 fil-Kumitat tar-Reġjuni.

    Dsatax-il finalist li qed jikkompetu f’erba’ kategoriji għall-Premjijiet RegioStars 2014 se jkunu esposti matul sessjoni ta' ħidma ta' ġurnata sħiħa fil-bini Charlemagne, Brussell.

    Preżentazzjoni ta’ "il-kwalità tal-ħajja fil-bliet Ewropej” — Sejbiet ewlenin tal-Istħarriġ ta' 41,000 ċittadin minn 79 belt tagħti opinjonijiet dwar il-ħajja urbana: It-Tlieta, it-8 ta' Ottubru, 16:30 – 17:15 fil-Berlaymont, il-kamra Schuman.

    L-esibizzjoni "Mitt soluzzjoni urbana tal-UE" inawgurata mill-Kummissarju Hahn u minn Rudi Vervoort, il-President tar-Reġjun Brussell-Kapitali fil-17:00, it-Tlieta t-8 tax-xahar fi Place Jean Rey, Brussell, u bosta avvenimenti ta' netwerking se jseħħu fis-serata tat-8 ta' Ottubru fi 12-il post ieħor matul ir-rotta tal-esibizzjoni.

    Ir-rebbieħa tal-kompetizzjoni tar-ritratti tal-2014 "l-Ewropa fir-reġjun tiegħi" mill-Greċja, l-Ungerija u Malta se jiġu ppreżentati bil-premjijiet tagħhom mill-Kummissarju Hahn nhar l-Erbgħa d-9 tax-xahar fil-11:15 fil-bini Charlemagne.

    Element ġdid fl-OPEN DAYS ta' din is-sena huwa Master Class għal 77 student tad-dottorat u riċerkaturi fil-bidu tal-karriera magħżula fil-qasam tal-politika reġjonali u urbana.

    Flimkien mas-seminars ta’ Brussell, aktar minn 300 avveniment taħt il-bandiera “L-Ewropa fir-reġjun jew fil-belt tiegħi” qed jinżammu sa Diċembru 2013.

    Għal aktar tagħrif:

    @EU_Regional / @EU_CoR / @JHahnEU: #euopendays - All photos on Flickr

    OPEN DAYS, European week of regions and cities

    Programm tal-midja

    Reġjuni Msieħba skont il-pajjiż

  • Panorama 47 issa hija disponibbli

    (20/09/2013)

    L-edizzjoni tal-Ħarifa tar-rivista Panorama issa hija disponibbli.

    Il-qofol jinsab fl-artiklu dwar kif ir-reġjuni tal-UE qed iwittu t-triq fil-qasam tal-ekoinnovazzjoni.Il-Fondi Strutturali u ta’ Investiment tal-UE qed jippromwovu tkabbir intelliġenti u sostenibbli permezz ta’ proġetti ekoloġiċi u effiċjenti fl-enerġija li jissemmew f’dan l-artiklu.Hemm ukoll għażla ta’ artikli li jiddeskrivu lil xi wħud mill-workshops u seminars fl-avveniment tal-JIEM MIFTUĦA ta’ din is-Sena, mill-Master Class tal-Università tal-JIEM MIFTUĦA sar-relazzjonijiet bejn l-UE u ċ-Ċina u l-Ġappun.

    F’din il-ħarġa tista’ ssib ukoll ħarsa ġenerali lejn l-istrateġiji Makro-reġjonali li jgħinu fil-koordinazzjoni tal-proġetti fir-reġjuni Baltiċi u tad-Danubju, aġġornament dwar il-ħidma tal-Fondi Strutturali tal-UE fl-għajnuna f’każ ta’ diżastru, u spjegazzjoni tal-proċess ta’ evalwazzjoni ex-post għall-perjodu 2007-2013.Se ssib ukoll il-ġabra tas-soltu ta’ aħbarijiet u proġetti ewlenin minn madwar l-UE.

  • Nersqu aktar qrib ta' xulxin, minn fruntiera għall-oħra: Niċċelebraw il-Kooperazzjoni Territorjali Ewropea

    (18/09/2013)

    Il-valur għall-komunitajiet, ir-reġjuni u l-Istati Membri tal-proġetti transfruntieri, transnazzjonali u interreġjonali tal-Politika Reġjonali tal-UE tinsab din il-ġimgħa fiċ-ċentru tal-attenzjoni. Il-kampanja, hekk kif qed joqrob il-Jum tal-Kooperazzjoni Ewropea fil-21 ta’ Settembru, qed issir f’mument kritiku.

    Il-kooperazzjoni territorjali Ewropea (ETC) tikkostitwixxi parti relattivament żgħira tal-Politika Reġjonali tal-UE. Iżda jekk il-ftehim kurrenti dwar l-iffinanzjar tal-Politika Reġjonali għall-2014-2020 jiġi approvat mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, il-baġit tagħha għandu jiżdied għal EUR 8.9 biljun. Skont ir-riformi l-ġodda tal-Politika Reġjonali, li bħalissa tinsab fl-istadji finali ta’ negozjati, il-programmi tal-ETC se jkunu wkoll aktar iffokati fuq investimenti li joħolqu l-kundizzjonijiet it-tajbin għal tkabbir fil-futur.

    Fid-19 ta’ Settembru, il-Kummissarju Hahn se jkun fuq Twitterbiex jiddibatti dwar il-valur tal-politika reġjonali tal-UE minn fruntiera għall-oħra, mis-2 pm sat-3 pm. Diġà jista' wieħed jibda jibgħat il-mistoqsijiet billi jdaħħal il-frazijiet #EUChat u #ecday lil @JHahnEU.

    Stqarrija għall-istampa

  • Il-Politika ta’ Koeżjoni 2014-2020: Baġits ta' investiment għall-Istati Membri

    (23/08/2013)

    L-analiżi finanzjarja tal-politika ta' koeżjoni skont kull Stat Membru għall-2014-2020 tirrifletti kif ikunu għaddejjin in-negozjati minn Lulju 2013. Iċ-ċifri jistgħu jinbidlu fil-ftehim finali bejn il-Kunsill u l-Parlament Ewropew.

    Il-politika ta’ koeżjoni 2014-2020 tirrappreżenta madwar 1/3 tal-baġit tal-UE, dan isaħħaħ l-irwol tagħha bħala l-politika ta' investiment ewlenija tal-Unjoni għat-tkabbir u l-impjiegi u għall-implimentazzjoni tal-politiki tal-UE. Il-Kummissjoni qiegħda taħdem ma' awtoritajiet nazzjonali u lokali sabiex tiddefinixxi prijoritajiet għall-investiment għal kull pajjiż għall-perjodu finanzjarju li jmiss, filwaqt li tiżgura l-impatt massimu tal-investiment fuq il-kompettittività u l-ħolqien tal-impjiegi, u filwaqt li ssaħħaħ il-konċentrazzjoni tematika u l-fokus fuq ir-riżultati tal-politika riformata.

  • Panorama tilqa’ lill-Kroazja

    (21/08/2013)

    L-edizzjoni tas-sajf 2013 tar-rivista Panorama issa tinsab online fi 22 lingwa. Il-parti l-aktar importanti hija artiklu speċjali ta’ sitt paġni dwar l-adeżjoni tal-Kroazja fl-UE, li jagħti ħarsa ġenerali lejn l-proċess ta’ adeżjoni, introduzzjoni għall-industriji ewlenin tal-Kroazja, eżempji ta’ proġetti ta’ suċċess u intervista ma’ Branko Grčić, Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Iżvilupp Reġjonali u l-Fondi tal-UE.

    Il-parti l-oħra l-aktar interessanti tikkonsisti f’ħarsa lejn il-proċess konġunt ta’ verifika (il-Kummissjoni Ewropea u l-Awtoritajiet Nazzjonali) sabiex ikun żgurat li l-finanzjament tal-Politika ta’ Koeżjoni jintefaq sewwa. Ir-rivista tinkludi wkoll ħarsa ġenerali lejn ir-Rapport Strateġiku dwar il-Politika ta’ Koeżjoni li ġie ppubblikat dan l-aħħar, ħarsa minn qabel lejn l-avveniment tal-Jiem għall-Pubbliku ta’ Ottubru, u artiklu dwar ir-reviżjoni tar-regolament dwar l-Għajnuna mill-Istat.

  • Magħżula l-finalisti għall-unur tal-aqwa proġett rigward il-Politika Reġjonali tal-UE: Il-Premjijiet RegioStars 2014

    (06/08/2013)

    Il-finalisti għall-premjijiet RegioStars 2014 li jagħtu ġieħ lill-aktar proġetti reġjonali Ewropej ta' ispirazzjoni u innovattivi ġew ippubblikati llum fi Brussell. Il-ġurija tal-premjijiet RegioStars għażlet 19-il finalista minn 80 proġett megħjuna minn fondi reġjonali tal-UE fuq il-bażi ta’ erba’ kriterji ewlenin: l-innovazzjoni, l-impatt, is-sostenibbiltà u s-sħubija.

    Il-finalisti ġejjin minn reġjuni u bliet fi 17-il Stat Membru: il-Belġju, id-Danimarka, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Irlanda, l-Italja, il-Lussemburgu, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Polonja, il-Portugall, ir-Renju Unit, ir-Repubblika Ċeka, ir-Rumanija, Spanja, l-Isvezja, u l-Ungerija.

    Il-finalisti se jippreżentaw il-proġetti tagħhom quddiem il-ġurija tal-premjijiet, ippreseduta mill-eks President tal-Kumitat tar-Reġjuni, Luc Van den Brande, nhar it-8 ta' Ottubru waqt il-11il-edizzjoni annwali tal-Ġimgħa Ewropea tar-Reġjuni u l-Ibliet – ĠRANET MIFTUĦA GĦALL-PUBBLIKU 2013. Ir-rebbieħa se jintgħażlu waqt iċ-Ċerimonja għall-Għoti tal-Premjijiet ippreżentati mill-Kummissarju Hahn fi Brussell fil-31 ta' Marzu 2014.

    Il-kategoriji tal-premjijiet li jirriflettu l-prijoritajiet tal-Aġenda dwar it-Tkabbir Ewropa2020 huma:

    • Tkabbir IntelliġentiInnovazzjoni fl-SME: Appoġġ għall-kompetittività u t-tkabbir ta’ negozji żgħar u ta’ daqs medju

    • Tkabbir Sostenibbli - Tkabbir kompatibbli mal-ambjent u impjiegi permezz ta' bijoekonomija: investimenti sostenibbli fis-settur tal-bijoekonomija

    • Tkabbir Inklussiv - Ħolqien ta' impjiegi għall-ġenerazzjoni żagħżugħa: għajnuna fil-ġlieda kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ

    • CityStar - Proġetti ta' investiment fit-trasport pubbliku urban sostenibbli: Appoġġ fl-iżvilupp ta’ strateġiji biex jindirizzaw il-kwistjonijiet tat-trasport fl-ibliet tagħna

    Il-premjijiet RegioStars qabel l-2013 taw ġieħ lil proġetti ewlenin f’Porto (il-Portugall), fil-Majjistral tal-Ingilterra (ir-Renju Unit), f'Warmińsko-Mazurskie (il-Polonja), f'Berlin (il-Ġermanja) u fil-Litwanja. Il-kategoriji ffukaw fuq ir-riċerka u l-iżvilupp, l-effiċjenza tar-riżorsi fl-SMEs, l-innovazzjoni soċjali, l-iżvilupp urban sostenibbli u l-użu ta’ filmati biex jippromwovu l-politika reġjonali tal-UE.

    Sfond

    L-għan tal-premjijiet RegioStars huwa li jirrikonoxxu prattika tajba fl-iżvilupp reġjonali u biex jiġu enfasizzati proġetti oriġinali u ta’ ispirazzjoni li jistgħu jservu ta’ mudell għal reġjuni oħra.

    Il-Premjijiet annwali RegioStars huma miftuħin għar-reġjuni kollha tal-UE biex jissottomettu proġetti li rċevew investiment permezz tal-Politika Reġjonali tal-UE sa mill-1 ta' Jannar 2000. Sa mit-tnedija ta' dawn il-premjijiet fl-2008, l-akbar għadd ta' applikazzjonijiet wasslu mill-Awstrija, il-Belġju, il-pajjiżi Baltiċi u Wales fir-Renju Unit.

    Il-ĠRANET MIFTUĦA GĦALL-PUBBLIKU 2013 mis-7 sal-10 ta’ Ottubru 2013 fi Brussell, se jagħtu l-opportunità lill-finalisti biex jesebixxu u jispjegaw il-proġetti tagħhom. L-attività ĠRANET MIFTUĦA GĦALL-PUBBLIKU tgħaqqad flimkien mijiet ta’ rappreżentanti politiċi, esperti u professjonisti biex jiddibattu dwar il-politika reġjonali. L-avveniment ta’ din is-sena jaħbat f'punt kruċjali hekk kif ir-reġjuni u l-ibliet tal-Ewropa se jkunu qed itemmu l-preparamenti tagħhom għall-Politika ta' Koeżjoni l-ġdida tal-UE 2014-2020.

    Għal aktar tagħrif:

  • Riforma tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-UE: għajnuna aktar malajr u aktar sempliċi lill-vittmi ta' diżastri

    (25/07/2013)

    Il-Kummissarju Ewropew għall-Politika Reġjonali, Johannes Hahn illum ippreżenta proposta ta' riforma għall-Fond ta' Solidarjetà tal-UE. Il-pjanijiet, adottati llum mill-Kummissjoni Ewropea, se jġibu l-Fond aktar reattiv u aktar faċli biex jintuża, bi kriterji aktar ċari dwar min jista’ jibbenefika minnu.

    Minn mindu nħoloq fl-2002, il-Fond ta’ Solidarjetà ntuża fil-każ ta' 52 diżastru madwar l-Ewropa inkluż f'każijiet ta' terremoti, nirien fil-foresti, tempesti u għargħar. Tlieta u għoxrin pajjiż ingħataw għajnuna ta' aktar minn EUR 3.2 biljun. Jekk il-proposti tal-lum jiġu approvati mill-Parlament Ewropew u l-Istati Membri tal-UE, pajjiżi u reġjuni milquta minn diżastri jistgħu jistennew titjib sinifikanti fil-mod kif jaħdem il-Fond ta’ solidarjetà.

    Il-proposta leġiżlattiva l-ġdida tissimplifika r-regoli eżistenti sabiex l-għajnuna tkun tista’ titħallas iktar malajr milli hu l-każ bħalissa. Il-pjanijiet jintroduċu wkoll il-possibbiltà għall-ewwel darba ta’ pagamenti bil-quddiem. Jistabbilixxu b’mod aktar ċar min ikun eliġibbli, u għal xiex, b'mod partikolari fil-każ ta' diżastri reġjonali. Barra minn dan, ir-riforma tħeġġeġ lill-Istati Membri biex il-prevenzjoni tad-diżastri u l-istrateġiji ta’ mmaniġġar tar-riskju jieħdu post ogħla fuq l-aġenda. Il-prinċipji tal-Fond jibqgħu l-istess, bħall-mod kif jiġi ffinanzjat, barra mill-baġit normali tal-UE.

    Riformi ewlenin:

    • Li jiġi ċċarat l-ambitu li fih għandu jintuża tal-Fond ta’ Solidarjetà, li jillimitah għad-diżastri naturali u li jiġi estiż għal każijiet ta’ nixfa.
    • Ikun hemm regoli aktar ċari dwar l-eliġibbiltà fil-każ ta' diżastri reġjonali, billi jiddaħħal limitu uniku għad-danni biex tingħata l-għajnuna - 1.5 % tal-prodott domestiku gross reġjonali
    • Il-possibbiltà għall-ewwel darba ta’ pagamenti bil-quddiem: 10 % ta’ kontribut antiċipat, ta' mhux aktar minn EUR 30 miljun
    • Proċedura amministrattiva iqsar billi jingħaqdu ż-żewġ stadji ta’ approvazzjoni u implimentazzjoni fi ftehim wieħed
    • L-introduzzjoni ta’ miżuri li jinkoraġġixxu l-istrateġiji ta’ prevenzjoni ta' riskju ta’ diżastri: obbligi ta' rappurtar u kundizzjonijiet possibbli għal għajnuna.

    Aktar informazzjoni

    Stqarrija għall-istampa

    MEMO/13/723

    Il-Fond ta’ Solidarjetà tal-UE

  • L-Istati Membri u r-reġjuni m'għandhomx jaħlu żmien fit-tħejjija tal-ġenerazzjoni li jmiss tal-programmi tal-UE għat-tkabbir

    (10/07/2013)

    L-Istati Membri u r-reġjuni m'għandhomx jaħlu żmien fit-tħejjija tal-ġenerazzjoni li jmiss tal-programmi tal-UE għat-tkabbir, qal il-Kummissarju Hahn wara l-vot tal-Parlamentari Ewropej dwar riforma radikali tal-Politika Reġjonali tal-UE

    Il-Kummissarju tal-UE għall-Politika Reġjonali, Johannes Hahn, qal lill-Istati Membri u r-reġjuni li m’hemmx żmien x’jintilef fl-ippjanar tal-programmi ta’ fondi strutturali tal-UE għall-2014-2020. Is-sejħa għall-azzjoni saret wara li l-membri tal-Kumitat tal-Iżvilupp Reġjonali tal-Parlament Ewropew adottaw serje ta’ rapporti li fil-prinċipju jaqblu dwar riforma radikali tal-politika reġjonali.

    L-elementi ewlenin tar-riforma kkonfermati mill-vot tal-lum:

    • L-iffokar tal-investimenti fuq oqsma ewlenin għat-tkabbir u l-impjiegi kif imfisser fl-istrateġija Ewropa 2020 permezz ta’ sett komuni ta’ regoli li japplikaw għall-ħames Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment (il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd)

    • Il-biċċa l-kbira tal-baġit għandu jiġi kkonċentrat fuq ftit prijoritajiet marbuta mill-qrib mal-istrateġija għal tkabbir UE 2020. B’mod partikolari:

    • Bejn 50 % u 80 % tal-baġit tal-FEŻR jiġi kkonċentrat fuq miżuri li jappoġġaw l-innovazzjoni u r-R&Ż, l-aġenda diġitali, il-kompetittività tal-SMEs, u l-bidla lejn ekonomija b’livell baxx ta’ karbonju.

    • Fejn tidħol l-ekonomija b’livell baxx ta’ karbonju jkun hemm obbligu ulterjuri li jiġi allokat mill-inqas bejn 12 % u 20 % għall-effiċjenza fl-enerġija u l-enerġija li tiġġedded.

    • L-Istati Membri u r-reġjuni jistabbilixxu miri ċari u li jistgħu jitkejlu dwar l-impatt tal-investimenti. Jitkejjel il-progress u jiġi kkomunikat.

    • Miżuri biex titnaqqas il-burokrazija u jiġi ssimplifikat l-użu tal-fondi tal-UE: regoli aktar komuni fost il-fondi kollha, rappurtar aktar immirata iżda anqas voluminuż, aktar użu mit-teknoloġija diġitali (“e-cohesion”).

    Stqarrija għall-istampa

    Q&A on the legislative package for EU Cohesion Policy 2014-2020 (EN)

    Politika Reġjonali tal-UE 2014-2020: proposti leġiżlattivi

  • L-Esperiment Makroreġjonali tal-Ewropa: l-ewwel Evalwazzjoni

    (01/07/2013)

    Illum il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat l-ewwel studju li jkejjel is-suċċess ta’ żewġ strateġiji makroreġjonali tal-UE u jipprovdi rakkomandazzjonijiet għall-futur.

    L-Istrateġiji tal-UE tad-Danubju u tal-Baltiku, li jinvolvu iktar minn 20 pajjiż tal-UE u mhux tal-UE, kienu pijunieri ta' tip uniku ta’ kooperazzjoni, ibbażati fuq l-idea li sfidi komuni li jiffaċċaw reġjuni speċifiċi — kemm jekk relatati mal-ambjent, l-ekonomija jew is-sigurtà — l-aħjar li jiġu indirizzati kollettivament, u li jagħmel sens li jippjanaw flimkien għall-aħjar użu effettiv tal-fondi disponibbli.

    Ir-rapport jagħti riżultat verdett ġeneralment pożittiv fuq l-istrateġiji eżistenti s’issa. Hu jenfasizza kif dawn ħolqu mijiet ta’ proġetti ġodda u għen biex jifformulaw l-għanijiet politiċi komuni f’oqsma ta’ importanza vitali għar-reġjuni involuti. L-approċċ makroreġjonali wassal ukoll għal bosta inizjattivi u netwerks konġunti , kif ukoll deċiżjonijiet politiċi f’livell kollettiv.

    Ir-rapport jgħid li l-kooperazzjoni bejn pajjiżi parteċipanti tal-UE u pajjiżi ġirien li mhumiex parti mill-UE, ssaħħet b’mod sinifikanti u li rriżultat f’aktar użu effiċjenti tar-riżorsi disponibbli.

    Iżda r-rapport ifakkar il-gvernijiet dwar il-ħtieġa għal impenn politiku u biex l-istrateġiji jsiru prijorità madwar l-oqsma kollha tal-politika rilevanti, u jiżgura li dawn ikunu inkorporati fi programmi ta' Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej fil-futur, kif ukoll programmi oħra rilevanti tal-UE, reġjonali u oqfsa ta’ politika nazzjonali. Jenfasizza wkoll l-importanza ta’ riżorsi amministrattivi biex jintlaħqu l-għanijiet.

    Dwar strateġiji makroreġjonali futuri, ir-rapport jenfasizza li inizjattivi ġodda għandhom jitniedu biss biex jiġu indirizzati bżonnijiet partikolari għal kooperazzjoni mtejba u ta’ livell għoli. Irid ikun hemm tħejjija sabiex l-impenn politiku jwassal għal appoġġ amministrattiv, u strateġiji ġodda għandhom juru biċ-ċar il-valur miżjud partikolari fuq livell tal-UE.

    Stqarrija għall-istampa

    Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, Lillkunsill, Lill-Kumitat Ekonomiku u Socjali Ewropew u Lillkumitat Tar-Regjuni li jikkoncerna l-valur mizjud tal-istrategiji makroregjonali

    Proġetti ewlenin

    L-Istrateġija tal-UE għar-Reġjun tal-Baħar Baltiku

    www.balticsea-region-strategy.eu

    Strateġija tal-Unjoni Ewropea għar-Reġjun tad-Danubju

    http://www.danube-region.eu/

  • Ngħinu lin-negozji jaċċessaw il finanzjament tal-UE: il-portal uniku issa jinkludi l-Fondi Strutturali

    (25/06/2013)

    Mil-lum in-negozji madwar l-Ewropa se jkollhom aċċess aktar faċli għall-finanzi meħtieġa ħafna hekk kif il-Kummissjoni Ewropea tespandi l-portal uniku dwar il-finanzjament tal-UE, li jinkludi l-Fondi Strutturali tal-UE: Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) u l-Fond Soċjali Ewropew (FSE). Il-portal uniku ġdid dwar il-finanzjament tal-UE li tnieda x-xahar li għadda jipprovdi informazzjoni faċli, sħiħa u aġġornata dwar kif l-imprendituri u l-SMEs jistgħu jaċċessaw ‘l fuq minn EUR 100 biljun ta’ finanzjament mill-UE minn diversi programmi ta' bejn l-2007-2013. Iż-żidiet tal-lum se jirdoppjaw l-għadd ta’ banek u fondi msieħba għal aktar minn 1 000., filwaqt li jsaħħu ulterjorment sors ta’ informazzjoni vitali għall-finanzjament tal-SMEs permezz ta’ garanziji, self u kapital tar-riskju (MEMO/13/606).

    L-aċċess għall-finanzi huwa wieħed mill-iżjed problemi urġenti li qed jiffaċċjaw l-SMEs fl-Ewropa. Fl-aħħar sentejn kważi terz tal-SMEs li applikaw għal self bankarju ġew miċħuda jew spiċċaw jieħdu inqas milli talbu. Il-finanzjament European Small Business Finance Outlook ta' dan ix-xahar għall-intrapriżi ż-żgħar Ewropej jikkonferma li l-ambjent tan-negozju għall-SMEs Ewropej qed jiggrava u l-banek fiż-żona tal-ewro rrestrinġew l-istandards tal-kreditu. L-informazzjoni u l-aċċess għall-fondi tal-UE huma aktar importanti għan-negozji minn qatt qabel. Il-fondi strutturali diġà qed jipprovdu għajnuna finanzjarja għall-SMEs ta’ madwar EUR 70 biljun għall-perjodu 2007-13.

    IP/13/387 - MEMO/13/393 - it-titjib tal-aċċess għall-finanzi għall-SMEs: huwa l-qofol tal-irkupru ekonomiku

    The new single access point to all EU financial instruments for SMEs

  • Il-Kummissarju Hahn jilqa’ l-ftuħ tal-"Pont Ġdid tal-Ewropa" bħala simbolu qawwi ta’ kooperazzjoni Ewropea

    (14/06/2013)

    Il-Kummissarju tal-UE għall-Politika Reġjonali, Johannes Hahn illum se jkun qiegħed jipparteċipa f'mument storiku bejn il-Bulgarija u r-Rumanija, u r-reġjuni ġirien ta’ Vidin u Calafat, meta jattendi l-ftuħ inawgurali ta' pont li jgħaqqad iż-żewġ pajjiżi. Il-Kummissarju Hahn se jkun akkumpanjat mill-President Plevneliev u mill-Prim Ministru Oresharski tal-Bulgarija, kif ukoll mill-Prim Ministru Rumen Ponta. Il-pont, li ngħata l-isem dan l-aħħar ta' "Pont Ġdid tal-Ewropa" rċieva s-somma ta' EUR 106 miljun f'investiment tal-UE u huwa biss it-tieni pont tul il-fruntiera ta' 630 km bejn iż-żewġ pajjiżi. Huwa ta’ importanza strateġika vitali għall-UE: ħolqa ewlenija f’rotta li tista’ testendi mill-Ewropa ta' Fuq, il-pajjiżi Baltiċi, mill-Ewropa Ċentrali, ir-Rumanija u l-Bulgarija, u eventwalment lejn il-Greċja.

    Il-kostruzzjoni fuq il-proġett tal-pont bdiet fl-2007, iżda l-pjan kien ilu jiġi diskuss għal kważi 15-il sena. L-Istrateġija tal-UE għar-Reġjun tad-Danubju, bil-metodu uniku tagħha ta' kooperazzjoni, flimkien mal-intervent tal-Kummissarju Hahn, servew ta' xprun biex il-proġett jitlesta.

    Stqarrija għall-istampa

    Il-Pont Ġdid tal-Ewropa

     

  • L-edizzjoni tar-rebbiegħa tar-rivista Panorama intitolata “Ngħaqqdu lill-komunitajiet” issa tinsab online.

    (28/05/2013)

    L-enfażi tal-ħarġa huwa fuq l-irwol tal-politika ta' Koeżjoni għat-treġġigħ lura tat-tkabbir fl-Ewropa. Il-politika ta' koeżjoni hija l-fergħa ta' investiment tal-baġit tal-UE, li timmira li żżid it-tkabbir u l-kompetittività billi tagħmel l-aħjar użu mill-punti pożittivi reġjonali. Fil-futur, il-politika sejra ssaħħaħ saħansitra aktar l-ilħuq tal-miri ta' 'Ewropa 2020' u sejra tiffoka fuq investiment sostenibbli b'użu aktar effettiv ta' investiment tal-UE, nazzjonali u reġjonali.

    Karatteristiċi oħrajn jinkludu l-programm PEACE tal-UE, li jfittex li jibni rikonċiljazzjoni bejn il-komunitajiet diviżi fl-Irlanda ta' Fuq u fir-reġjun konfinali tal-Irlanda, kif ukoll artiklu fuq l-irwol prinċipali tal-bliet - il-magni tal-ekonomija Ewropea. Dan l-aħħar, il-Kummissjoni ħolqot database estensiva tal-aqwa prattika tajba tal-iżvilipp urban sabiex tipprovdi ħarsa ġenerali tal-proġetti, li jistgħu jkunu sors ta' ispirazzjoni għall-bliet, l-awtoritajiet amministrattivi u partijiet oħrajn b'interess.

    Panorama: Ngħaqqdu l-komunitajiet flimkien

  • Fond ta’ Solidarjetà tal-UE: Il-Kummissjoni tipproponi EUR 14.6 miljun f'appoġġ għas-Slovenja, il-Kroazja u l-Awstrija wara diżastru ta' għargħar

    (30/04/2013)

    Il-Kummissarju Ewropew għall-Politika Reġjonali, Johannes Hahn, illum ħabbar pakkett ta’ għajnuna mill-Fond ta’ Solidarjetà tal-UE (FSUE) ta’ aktar minn EUR 14.6-il miljun b’rispons għal għargħar serju fis-Slovenja f’Ottubru u Novembru 2012. Il-pajjiżi ġirien, l-Awstrija u l-Kroazja, ukoll sofrew danni iżgħar bħala riżultat dirett tal-għargħar u se jibbenefikaw mill-għotja sabiex jiffinanzjaw l-operazzjonijiet ta’ emerġenza tagħhom wara d-diżastru.

    Il-Kummissarju Hahn, li huwa wkoll responsabbli għall-FSUE, ikkummenta: “Il-proposta tal-lum hija espressjoni tas-solidarjetà tal-Unjoni mas-Slovenja kif ukoll mal-partijiet tal-Kroazja u l-Awstrija li ġew affettwati. L-ammont ta’ finanzjament propost se jgħin biex jikkumpensa għall-piż finanzjarju li ġarrbu fit-tiswija tal-infrastruttura u fit-teħid ta’ miżuri ta’ emerġenza. Huwa se jgħin lil dawn ir-reġjuni milquta biex jerġgħu jieħdu r-ruħ. Il-Kummissjoni qed tipproponi baġit emendatorju sabiex il-Kunsill u l-Parlament ikunu jistgħu jagħmlu r-riżorsi disponibbli biex inaqqsu l-effetti negattivi fuq l-ekonomija Slovena u l-ġirien tagħha.

    Xita qawwija fil-ħarifa tal-2012 ikkawżat lix-xmajjar fiż-żona sabiex ifuru u dawn ikkaġunaw għargħar f'partijiet wiesgħa fit-tramuntana tas-Slovenja kif ukoll fit-territorju tal-Kroazja. Fl-Awstrija, intlaqtet b'mod partikolari l-belt ta’ Lavamünd fuq ix-xmara Lavant. L-analiżi tal-Kummissjoni sabet li l-għargħar f’kull wieħed mit-tliet pajjiżi kien ikkawżat minn kundizzjoni meteoroloġika bażika waħda. Dan jippermetti li l-FSUE jiġi mmobilizzat mhux biss għad-diżastru maġġuri fis-Slovenja, iżda b’mod eċċezzjonali wkoll għall-pajjiżi ġirien affettwati.

    F’konformità mar-regoli tal-Fond ta’ Solidarjetà, il-Kummissjoni tipproponi li jingħata total ta’ EUR 14.6-il miljun lit-tliet pajjiżi, li minnhom EUR 14.08-il miljun imorru għas-Slovenja, EUR 286,587 għall-Kroazja u EUR 240,000 għall-Awstrija.

    Aktar informazzjoni

  • Il-Politika ta’ Koeżjoni tal-UE qed tgħin biex tittaffa l-kriżi u tipproduċi tkabbir, jgħid ir-Rapport Strateġiku tal-Kummissjoni 2013

    (18/04/2013)

    Il-Kummissjoni Ewropea llum ippreżentat ħarsa ġenerali ta’ kif il-Fondi Strutturali tal-UE qed jaħdmu fl-Istati Membri. Ir-“Rapport Strateġiku” dwar l-implimentazzjoni tal-programmi tal-Politika ta’ Koeżjoni għall-perjodu 2007-2013 jgħaqqad flimkien informazzjoni disponibbli mingħand l-Istati Membri, sal-aħħar tal-2011 fil-biċċa l-kbira tal-każijiet. Għalkemm għad baqa' erba’ snin oħra sakemm il-programmi jintemmu fl-2015, l-investimenti taħt il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Soċjali Ewropew diġà wasslu għal progress u titjib għal ħafna ċittadini.

    Ir-rapporti sottomessi mis-27 Stat Membru fi tmiem l-2012 (ibbażat prinċipalment fuq dejta tal-2011) jipprovdu lill-Kummissjoni bl-ewwel opportunità biex tirrapporta, matul perjodu ta’ pprogrammar, dwar il-progress fit-twettiq tal-eżiti u r-riżultati u biex jenfasizzaw il-messaġġi importanti u fil-ħin dwar il-potenzjal tal-politika ta’ koeżjoni biex tagħmel il-parti tagħha għall-irkupru ekonomiku tal-UE. Il-Kummissjoni tidentifika l-oqsma ta’ investiment fejn trid tittieħed azzjoni biex jitħaffu l-għażla u t-twettiq tal-proġetti kofinanzjati fil-perjodu 2007 -2013 sabiex jilħqu l-għanijiet stabbiliti.

    Aktar informazzjoni

    Stqarrija għall-istampa

    Rapporti ta’ Implimentazzjoni Annwali għas-27 Stat Membru

    Aktar informazzjoni fuq il-Politika ta’ koeżjoni Ewropea

    #cohesionpolicy @EU_Regional @JHahnEU

  • Għeluq Linji gwida 2007-2013

    (21/03/2013)

    Fl-20 ta' Marzu 2013 il-Kummissjoni adottat il-Linji gwida dwar l-Għeluq għall-perjodu 2007-2013. Il-Linji gwida jipprovdu qafas ta' referenza  għall-Istati Membri fit-tħejjija tal-għeluq.

    Il-Linji gwida jinkludu l-lezzjonijiet li tgħallimna mill-proċess ta' għeluq tal-2000-2006 u jindirizzaw difetti u ostakli identifikati f'dak l-eżerċizzju ta' għeluq.

  • Tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv: Bliet Kapitali tal-UE – imsieħba essenzjali għall-Ewropa 2020

    (03/03/2013)

    L-ibliet kapitali għandhom rwol kruċjali fil-benesseri tal-UE u l-Istati Membri tagħha. L-ibliet kapitali tal-Ewropa huma mhux biss parti kbira tal-immaġni tal-UE ‘l barra minn xtutha, l-identità kulturali u l-attrazzjoni tagħha, imma muturi b’saħħithom għall-kompetittività, l-impjiegi u l-innovazzjoni. Fl-istess ħin wieħed isib fihom konċentrazzjoni tal-problemi fl-Ewropa, fosthom biż-żieda ta’ diverġenzi soċjali u ekonomiċi. L-ibliet kapitali huma l-laboratorji fejn iridu jinstabu soluzzjonijiet għall-problemi soċjali u ekonomiċi tal-UE.   

    Aħna s-Sindki tal-ibliet kapitali tal-UE għalhekk nilqgħu l-inizjattiva tal-Kummissjoni Ewropea biex tiftaħ djalogu dirett mal-ibliet kapitali u biex jingħata profil ogħla lill-ibliet tagħna bħala l-imsieħba diretti għall-UE. L-għanijiet ta’ Ewropa 2020 ma jistgħux jintlaħqu mingħajr l-involviment attiv tagħna. L-ibliet kapitali huma muturi ta’ innovazzjoni u ta’ tkabbir intelliġenti, u ħafna drabi jipprovdu l-qalba għal netwerks edukattivi u xjentifiċi. L-ibliet kapitali huma indispensabbli għat-tkabbir sostenibbli peress li l-politiki tagħhom dwar it-trasport, l-enerġija u l-ambjent għandhom impatt deċiżiv. L-ibliet kapitali tagħna huma fil-qofol tal-isforzi għat-tkabbir inklussiv: bħala ċentri ta’ diversità soċjali, kulturali u etnika.

    Se nkomplu nagħmlu l-parti tagħna fil-promozzjoni tal-kompetittività, it-tkabbir sostenibbli, l-innovazzjoni u l-inklużività, sabiex tingħeleb il-kriżi ekonomika, finanzjarja u soċjali attwali. 

    Fid-dawl ta’ diskussjonijiet attwali dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2014-2020, ir-Regolamenti l-ġodda tal-fondi Stutturali u ta' Investiment u programmi oħrajn tal-UE, aħna nemmnu li:

    * L-isfidi urbani jridu jiġu indirizzati b'mod integrat, bl-iffaċċjar flimkien tad-dimensjonijiet ekonomiċi, ambjentali, soċjali, kulturali u demografiċi. Għalhekk aħna nilqgħu l-impenn tal-Kummissjoni Ewropea għal approċċ integrat. 

    * Il-politiki u l-azzjonijiet futuri tal-UE fl-oqsma tat-trasport, l-ambjent, l-enerġija, l-intrapriża, l-impjiegi, ir-riċerka fl-azzjoni dwar il-klima, il-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali u l-aġenda diġitali, għandhom jikkunsidraw id-dimensjoni urbana. Il-koordinazzjoni mtejba ta’ kwistjonijiet urbani li jridu jitwettqu mid-DĠ għal Politika Reġjonali u Urbana hija importanti u aħna ser nsegwu dan mill-qrib.

    * Fir-rigward tal-pakkett leġiżlattiv dwar il-Politika ta’ Koeżjoni, aħna nilqgħu r-rieda tal-Kummissjoni li tittestja ideat u modi ġodda ta’ ħidma permezz tal-azzjonijiet proposti innovattivi urbani.

    * Nemmnu li l-proposti tal-Kummissjoni għal aktar delegazzjoni tal-ġestjoni lejn l-ibliet, inklużi l-ġestjoni tal-fondi strutturali tal-UE, huma vitali biex jiġi żgurat li l-isfidi urbani ikunu mifhuma sew u li l-implimentazzjoni taqbel mal-ħtiġijiet reali. 

    * It-temi prijoritarji fil-mira tal-abbozz ta’ regolamenti (effiċjenza fl-użu tal-enerġija, l-enerġiji rinnovabbli, il-qgħad fost iż-żgħażagħ, l-innovazzjoni u l-kompetittività tal-SMEs) huma kwistjonijiet strateġiċi għall-ibliet u l-irħula tagħna. Aħna nilqgħu opportunitajiet ġodda biex jiġu indirizzati dawn b’mod integrat u għandna fiduċja li l-Kummissjoni se timplimenta l-leġiżlazzjoni ġdida fi spirtu ta’ flessibbiltà li tirrispetta l-ispeċifiċitajiet lokali. 

    * Nistennew bil-ħerqa li jkompli d-djalogu mal-Kummissjoni Ewropea.

  • Smart Specialisation (Speċjalizzazzjoni Intelliġenti), il-kisbiet tal-Fond ta’ Koeżjoni u l-istejjer ta’ suċċess tal-Polonja fir-rivista Panorama ta’ dan l-istaġun

    (08/02/2013)

    L-edizzjoni tax-xitwa 2012 tar-rivista Panorama intitolata “Smart Specialisation” issa tinsab online. Il-parti ewlenija tagħha hija artiklu ta’ 6 paġni dwar l-istrateġiji ta’ Smart Specialisation bħala xprunaturi tat-tkabbir ekonomiku reġjonali, li janalizza d-definizzjonijiet u l-possibbilitajiet għal speċjalizzazzjoni intelliġenti, l-appoġġ ipprovdut mill-Pjattaforma S3, u rapporti mill-workshop tal-Kummissjoni Ewropea f’Bari f’Settembru 2012 li għen lir-reġjuni tal-Italja jħejju ruħhom sabiex jużaw dawn l-istrateġiji fil-perjodu ta’ programmar 2014-2020.

    Il-parti ewlenija l-oħra hija intervista esklussiva mal-Ministru Pollakk għall-Iżvilupp Reġjonali El¿bieta Bieñkowska, li tiddeskrivi l-progress magħmul mill-Polonja sa mill-adeżjoni fl-2004 fl-iżvilupp tal-infrastruttura tagħha, fil-ħolqien tax-xogħol u fiż-żieda tal-PDG.  Hija tħares ukoll lejn il-futur u tbassar żieda fl-investiment fir-riċerka u fl-innovazzjoni u f'soluzzjonijiet sostenibbli tal-enerġija u t-trasport fil-perjodu ta' pprogrammar li jmiss.

    F’parti oħra, hemm analiżi tal-istħarriġ tal-Eurobarometru "Ħarsa mir-reġjuni" filwaqt li hemm xi riżultati sorprendentament pożittivi fir-rigward tal-kwalità tal-ħajja u l-ħarsa lejn il-futur. Hemm ukoll min huma r-rebbieħa tal-konkors tar-ritratti L-Ewropa fir-Reġjun Tiegħi, flimkien ma’ poster li jista’ jinqala’f’għamla ta’ możajk  ta’ xi wħud mill-bosta daħliet mill-konkorrenti.  

    Hemm ukoll ħarsa qasira lejn Regiostarts 2014 u għażla oħra ta’ profili ta’ proġetti ta’ suċċess mir-reġjuni madwar l-UE.

    Dan u ħafna, ħafna aktar jista’ jinstab f'Panorama 44.

Politika Reġjonali tal-UE: Żomm ruħek infurmat/a