breadcrumb.ecName
mt Malti

Nibnu faċilità għar-riċerka fix-xjenzi tal-ħajja tal-ogħla klassi f’Malta

  • 29 August 2017

Dak li beda bħala ħsieb biex jgħin lil Malta tibni fuq s-sies tagħha bħala ċentru tal-farmaċewtika issa huwa l-Malta Life Sciences Park (MLSP): faċilità tal-ogħla klassi għar-riċerka u pern diġitali magħmul biex jagħti spinta lit-tkabbir tas-settur tax-xjenzi tal-ħajja f’Malta.

Tenħtieġ taħlita bbilanċjata sew ta’ kompetenzi intraprenditorjali u industrijali għat-tkabbir u l-iżvilupp ta’ kull kumpanija, u fejn jidħol il-Malta Life Sciences Park m’hemm l-ebda limitu fuq l-opportunità ta’ kumpanija biex kontinwament tikber, tiżviluppa u tmur għall-aħjar.

Joseph P. Sammut, CEO, Malta Life Sciences Park

Il-Malta Life Sciences Park joffri spazju ta’ 13 5002, inkluż laboratorji tal-ogħla livell ta' żvilupp, uffiċċji, kmamar tas-seminars u tal-laqgħat u varjetà ta’ faċilitajiet komuni, kollha maġenb uħud mill-isptarijiet u l-universitajiet ewlenin tal-pajjiż. Hawnhekk, kważi 30 kumpanija ta’ kull daqs għandhom aċċess għal pariri esperjenzati u professjonali dwar in-negozju u l-finanzi, kif ukoll assistenza biex idaħħlu l-prodotti u s-servizzi tagħhom fis-suq globali.

Il-MLSP diġà qiegħed ikollu impatt profond. Pereżempju, aktar minn 25 kumpanja tal-mezzi mediċi u tal-farmaċewtika jużaw dan iċ-ċentru biex jibnu b’suċċess il-portafolji tal-prodotti tagħhom. L-ambjent universitarju tal-MLSP jiġbed għadd ta’ istituzzjonijiet edukattivi, li issa jużaw il-faċilitajiet biex jiżviluppaw it-teknoloġija skont is-suq u jagħmlu riċerka applikata. Hawnhekk l-iskop hu li jkun hemm ritorn tal-aqwa imħuħ billi nipprovdu ċentru ta’ riċerka tal-ogħla klassi lin-nies lokali ta’ talent u lil dawk li għadhom jiggradwaw.

Niffaċilitaw l-opportunitajiet, nifformaw ir-rabtiet

Fil-qalba tal-MLSP hemm il-Malta Life Sciences Centre. Bħala l-punt fokali tal-MLSP, il-Life Sciences Centre jlaqqa' flimkien studenti universitarji, riċerkaturi, letturi, professjonisti tal-isptar u l-industrija biex jitħalltu u jistabbilixxu teknoloġija ġdida u ditti u clusters ibbażati fuq riċerka. 

Iċ-ċentru fih żona ta’ reception, uffiċċju amministrattiv, kmamar tal-laqgħat, lounge area u faċilitajiet tas-seminars u tat-taħriġ fil-laboratorji. Kull wieħed mis-sitt sulari tal-bini għandu numru ta’ entitajiet indipendenti, li jvarjaw minn 1002 sa 3002 fid-daqs — li ħafna minnhom jistgħu jintisġu flimkien sabiex joħolqu spazji ta’ riċerka saħansitra ikbar. Is-sular taħt l-art sigur tal-bini jintuża biex jinżammu likwidi u gassijiet fjammabbli u skart perikoluż. 

Nisfruttaw il-vantaġġi ta’ Malta 

Is-settur tax-xjenzi tal-ħajja għandu preżenza kbira fl-ekonomija Maltija, fejn ħafna kumpaniji joperaw fis-setturi tal-farmaċewtika, tal-mezzi mediċi, tat-teknoloġija għall-kura u tat-turiżmu tas-saħħa. Fil-biċċa l-kbira dan huwa riżultat tal-fatt li Malta li toffri forza tax-xogħol kompetenti magħmula minn individwi b’ħila u li jitkellmu bl-Ingliż u tal-konnessjonijiet stabbiliti sew tagħha fis-swieq barranin. 

L-MLSP qiegħed f’pożizzjoni tajba biex ikompli jisfrutta dawn il-vantaġġi, b’hekk jippermetti lil kumpaniji ġodda tax-xjenzi tal-ħajja jitniedu bi preparazzjoni u bi spejjeż tal-bidu minimi. Minflok ma jiffukaw ħinhom u r-riżorsi tagħhom biex jitwaqqfu, dawn il-kumpaniji jistgħu jikkonċentraw fuq l-attivitajiet prinċipali tagħhom u jikbru billi jisfruttaw is-sinerġiji diversi ma’ operaturi u akkademiċi oħrajn li joffri l-MLSP.

Il-proġett għandu wkoll sehem importanti biex jgħin l-UE issir ekonomija intelliġenti, sostenibbli u inklussiva — parti mill-istrateġija UE 2020 għat-tkabbir. Apparti l-appoġġ għat-tkabbir fl-ekonomija tar-reġjun bbażata fuq l-għarfien, l-MLSP qiegħed jistenna li eventwalment jimpjega 138 persuna. L-organizzaturi tal-proġett jemmnu li l-MLSP huwa biss il-bidu, u diġà qegħdin iħejju pjanijiet biex jespandu ċ-ċentru f’litteralment ġnien tax-xjenza. 

Investiment totali u finanzjament mill-UE

L-investiment total għall-proġett “BioMalta – Setting up a Life Sciences Centre” huwa EUR 18 000 000, b’kontribut ta’ EUR 15 300 000 mingħand il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali tal-UE "Investiment fil-Kompetittività għal Kwalità ta' Ħajja Aħjar” permezz tal-Programm Operattivi għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013.