Faċilità mill-aqwa għall-kura tal-kanċer

Iċ-Ċentru tal-Onkoloġija ta' Malta, Sir Anthony Mamo, joffri dijanjożi u kura avvanzati tal-kanċer. Minn mindu fetaħ fl-2013, żied bit-tripplu n-numru ta' sodod disponibbli għall-pazjenti bil-kanċer fil-gżira. 

 Għodod addizzjonali

 
Bibien miftuħin għan-negozju: Iż-żona tar- Bibien miftuħin għan-negozju: Iż-żona tar-"reception" taċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo ©James Camenzuli

Iċ-Ċentru huwa parti mill-isptar ġenerali akut il-ġdid fl-Imsida, qrib il-belt kapitali tal-gżira, Valletta. Għandu l-għan li jagħti l-kura lil 60 % tal-pazjenti tal-kanċer kollha f'Malta u jikkontribwixxi għall-Pjan Nazzjonali ta' Malta Kontra l-Kanċer li għandu l-għan li jnaqqas iż-żmien ta' stennija għall-pazjenti u jipprovdi prattika terapewtika aħjar.

Punt uniku ta' servizz

Kull sena, madwar 1 400 resident Malti jiżviluppaw kanċer, u dan jikkawża madwar 700 mewta. Qabel l-investiment, il-gżira kienet tiddependi fuq l-Isptar Sir Paul Boffa sabiex jipprovdi faċilitajiet tal-onkoloġija u tal-kura paljativa. Iċ-ċentru tal-onkoloġija l-ġdid – li ma jinsabx 'il bogħod – ħa taħtu l-ħidma kollha tiegħu marbuta mal-onkoloġija.

Iċ-ċentru l-ġdid jipprovdi faċilitajiet għall-kura tal-kanċer f'kuntest ta' kura komprensiva. Jinsab interkonness fiżikament u mil-lat organizattiv mal-Isptar Mater Dei, u fih madwar 23 000 m2, 74 sodda "inpatient" u 22 sodda "day-care". Hemm ukoll 12-il klinika tal-onkoloġija "outpatient".

Barra minn hekk, ħafna pazjenti sejrin jevitaw l-uġigħ ta' ras żejda li jkollhom ifittxu kura avvanzata alternattiva barra l-pajjiż u, minflok, sejrin ikunu jistgħu jibbenefikaw minn faċilitajiet moderni f'Malta. Hija xi ħaġa kruċjali li ċ-ċentru qiegħed jipprovdi dijanjożijiet iktar fil-ħin u preċiżi, proċeduri iktar sikuri kif ukoll kumdità u sigurtà ikbar għall-pazjenti.

Jaqdi lil "inpatients" u "outpatients"

Iċ-ċentru għandu erba' spazji funzjonali, bl-ikbar waħda hija ż-żona tal-"inpatients". Dan joffri onkoloġija għall-adulti (32 sodda b'kollox, ħamsa miżjudin mill-proġett), kura palljativa (16-il sodda oħra), onkoloġija pedjatrika u adoloxxenti (żieda minn 6 sodod għal 10), swali tal-ematoloġija (16-il sodda ttrasferiti mill-Isptar Mater Dei), u unità tal-isotopi radjuattivi.

Fiż-żona tal-"outpatients", il-proġett żied 8 kliniki tal-"outpatients" tal-onkoloġija, biex b'hekk it-total tela' għal 12. Iż-żoni dijanjostiċi u tal-kura għandhom dipartiment tar-radjuterapija, tal-kura matul il-ġurnata, u faċiliatjiet tal-proċedura tal-anesteżija ġenerali. Barra minn hekk, is-servizzi ta' appoġġ tal-isptar jipprovdu kollox, mill-fiżjoterapija u l-ħidma soċjali sat-terapija okkupazzjonali u servizzi psikoloġiċi.

It-twaqqif taċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo ħoloq iktar minn 100 impjieg matul l-implimentazzjoni tiegħu u huwa mistenni li jżid madwar 96 membru ġdid ieħor tal-persunal.

Investiment totali u finanzjament mill-UE

L-investiment totali għall-proġett "Mater Dei Hospital Oncology Centre" huwa ta' EUR 48 802 700 li, minnhom, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali qiegħed jikkontribwixxi EUR 41 482 300 mill-Programm Operazzjonali "Investiment fil-Kompetittività għal Kwalità ta' Ħajja Aħjar" għall-perjodu ta' programmazzjoni 2007 sal-2013.

Id-data ta' l-abbozz

22/12/2015