Philoxenia – It-treġġigħ lura tad-depopolazzjoni taż-żoni rurali permezz tat-tisħiħ tal-ekonomija lokali

Eżodu ta’ persuni b’talent u intraprenditorjali minn ħafna reġjuni rurali fin-naħa t’isfel tal-Ewropa għamel bosta żoni li huma ekonomikament fraġli aktar dgħajfa, imma f’ħames reġjuni madwar il-Mediterran din it-tendenza ġiet indirizzata mill-proġett ta’ appoġġ għan-negozji kofinanzjat mill-FEŻR.

 Għodod addizzjonali

 
Georgia, f’waħda mid-djar tipiċi Maċedoni li hi stess irrinovat, fetħet l-uffiċċju tagħha tal-arkitettura f’Tessaloniki u terġa’ tibni binjiet qodma f’żoni rurali fin-naħa ta’ fuq tal-Greċja. © INTERACT Georgia, f’waħda mid-djar tipiċi Maċedoni li hi stess irrinovat, fetħet l-uffiċċju tagħha tal-arkitettura f’Tessaloniki u terġa’ tibni binjiet qodma f’żoni rurali fin-naħa ta’ fuq tal-Greċja. © INTERACT

" Il-programm Philoxenia kien ta’ suċċess f’li jreġġa’ lura t-tnaqqis fil-popolazzjoni f’żoni fejn il-programm kien attiv. F’ċerti żoni, il-popolazzjoni lokali żdiedet bħala riżultat tal-programm. Għen ukoll biex isaħħaħ u jiddiversifika l-ekonomija lokali u tejjeb il-kwalità tal-ħajja ta’ ħafna rħula żgħar. "

Alkis Kalliantzidis, maniġer tal-proġett

Iż-żgħażagħ fiż-żoni rurali ħafna drabi jkunu jridu jħallu l-irħula tagħhom biex jesperjenzaw il-ħajja fl-ibliet jew barra mill-pajjiż, u f’ħafna partijiet tan-naħa t’isfel tal-Ewropa din it-tendenza aċċellerat b’mod qawwi wara l-bidu tal-kriżi ekonomika u n-numru dejjem jikber ta’ qgħad fost iż-żgħażagħ. Waqt li l-popolazzjoni tal-irħula u tal-ibliet żgħar naqset, dan wassal għal tnaqqis ta’ servizzi u attivitajiet kummerċjali.

Kien proprju biex jiġi indirizzat dan il-fenomenu li tfassal il-proġett ta’ appoġġ għan-negozji Philoxenia. Taħt din l-iskema, li primarjament hi finanzjata mill-Programm transnazzjonali ta’ Kooperazzjoni Territorjali MED (“Mediterran”), intraprendituri huma offruti kombinament ta’ għoti u self biex jistabbilixxu negozji f’ħames żoni rurali tal-Greċja, l-Italja, Ċipru, l-Islovenja u Malta.

Firxa wiesgħa ta’ benefiċjarji

Matul il-kors tal-proġett ta’ tliet snin, 90 intraprenditur irċieva appoġġ amministrattiv, tekniku u finanzjarju biex jistabbilixxi negozju ġdid. Eżempji ta’ kumpaniji li stabbilixxew ruħhom b’suċċess, u li issa qed jiffjorixxu jinkludu l-istabbiliment ta’ skola tal-lingwi, kumpanija li tinstalla sistemi ta’ enerġija fotovoltajka u prattika ta’ arkitettura li tispeċjalizza fir-rinnovazzjoni ta’ binjiet qodma.

Mid-90 parteċipant, 54 kienu nisa u 36 kienu rġiel. Il-programm kien ispirat mis-suċċess ta’ programm Franċiż ta’ appoġġ għan-negozji msemmi Collectif Ville Champagne. Philoxenia tfisser “ospitalità” bil-Grieg, u tirrappreżenta s-sensazzjoni ta’ ospitalità li l-programm jixtieq jagħti lil dawk l-intraprendituri li jirritornaw lejn il-kampanja biex joħolqu negozji.

Investiment totali u finanzjament tal-UE

Il-proġett “Philoxenia” kellu baġit totali ta’ EUR 1 965 589, li minnu l-Fond Ewropew tal-Iżvilupp Reġjonali tal-UE kkontribwixxa EUR 1 567 323 permezz tal-Programm Ewropew ta’ Kooperazzjoni Territorjali MED 2007-2013.

Id-data ta' l-abbozz

15/11/2014

Vidjows