Koeżjoni territorjali

Mill-1986, l-għan tal-politika ta' koeżjoni kien li jsaħħaħ il-koeżjoni ekonomika u soċjali. It-Trattat ta' Liżbona u l-istratġeija ta' livell għoli tal-UE (Europe 2020) jintroduċu t-tielet dimensjoni: il-koeżjoni territorjali.

 Għodod addizzjonali

  •  
  •  Ċekken it-test  
  •  Kabbar it-test  

Dan is-suġġett ilu jiġi diskuss mill-bidu tas-snin disgħin, u kull darba li pajjiż ġdid jingħaqad mal-UE jsir iktar importanti li tingħata attenzjoni għall-evoluzzjoni tat-territorju Ewropew.

Kwistjonijiet ewlenin

Kif nistgħu:

  • nikkapitalizzaw fuq l-aspetti pożittivi ta' kull territorju biex ikunu jistgħu jikkontribwixxu bl-aħjar mod għall-iżvilupp sostenibbli u bilanċjat tal-UE?
  • niġġestixxu l-konċentrazzjoni? L-ibliet u l-irħula għandhom impatti pożittivi u negattivi - innovazzjoni u produttività dejjem jintensifikaw u fl-istess ħin tniġġis u esklużjoni soċjali.
  • ngħaqqdu aħjar it-territorji? In-nies għandhom ikunu jistgħu jgħixu fejn jixtiequ, b'aċċess għas-servizzi pubbliċi, trasport effiċjenti, netwerks affidabbli tal-enerġija u internet broadband fit-territorju kollu.
  • niżviluppaw il-kooperazzjoni? L-effetti tat-tibdil fil-klima u t-traffiku ma jiqfux fil-fruntieri amministrattivi tradizzjonali, għalhekk huma meħtieġa forom ġodda ta' kooperazzjoni bejn il-pajjiżi u r-reġjuni. L-Istrateġija tal-UE għar-Reġjun tal-Baħar Baltiku English u l-Istrateġija tal-UE għar-Reġjun tad-Danubju huma eżempji ta' metodu makroreġjonali ġdid English.
  • Urban-Rural linkages en

Il-Green Paper dwar il-Koeżjoni Territorjali pdf (2008) nediet proċess ta' konsultazzjoni wiesgħa li llum għadu għaddej b'laqgħat regolari ta' esperti mill-Ewropa kollha. Il-koeżjoni territorjali se tkun parti sħiħa mill-politika ta' koeżjoni mill-2013.

Il-politika ta' koeżjoni kif tista' ttejjeb il-koeżjoni territorjali fil-futur?

  • bil-promozzjoni ta' metodu li jiffunzjona għal żvilupp integrat tat-territorji bħala spazji fejn iċ-ċittadini jgħixu ħajjithom
  • bit-trawwim ta' politiki bbażati fuq it-territorju en permezz ta' koordinazzjoni trans-settorjali tal-politiki u permezz ta' governanza fuq livelli differenti, minn dak lokali sa dak Ewropew
  • bit-tħeġġiġ tal-kooperazzjoni bejn it-territorji biex tissaħħaħ l-integrazzjoni Ewropea
  • bit-titjib tal-għarfien tat-territorji biex jiġi ggwidat l-iżvilupp tagħhom

Dokumenti ta' sfond

  • European Spatial Development Perspective (ESDP) pdf en
  • Territorial Agenda of the EU. Towards a more competitive and sustainable Europe of diverse regions, 25 May 2007 pdf en
  • First Action Programme for the Implementation of the Territorial Agenda of the European Union, 23 November 2007 pdf en - Annex pdf en
  • Green Paper on Territorial Cohesion Turning territorial diversity into strength pdf en
  • Green Paper on Territorial Cohesion, the way ahead, Panorama Magazine, December 2008 pdf en
  • Sixth progress report on economic and social cohesion pdf en
  • Territorial Cohesion under the Looking Glass - Synthesis paper pdf en
  • "Territorial cohesion: unleashing the territorial potential" Background Document to the Conference on Cohesion Policy and Territorial Development: Make Use of the Territorial Potential! 10-11 December 2009, Kiruna, Sweden pdf en
  • The territorial State and Perspectives of the European Union, 2011 update pdf en
  • Territorial Agenda of the European Union 2020 pdf en
  • Background paper : "How to strengthen the territorial dimension of 'Europe 2020' and EU Cohesion Policy based on the Territorial Agenda 2020" pdf en
  • Territorial Agenda 2020 put in practice - Enhancing the efficiency and effectiveness of Cohesion Policy by a place-based approach en

Seminars

  • Rabtiet urbani-rurali English (Settembru 2008, Jannar u Lulju 2009)
  • Kooperazzjoni territorjali English (Settembru 2009)
  • Skali ta' intervent English (Marzu 2010)
  • Improving policy coherence on the ground English (July 2010)