Kisbiet ewlenin tal-Politika Reġjonali

Ir-riżultati kurrenti tal-pajjiżi huma bbażati fuq ir- Rapport ta’ sinteżi  tal- Valutazzjoni 'ex post' ta' programmi għall-politika ta' koeżjoni 2007-2013 ffinanzjati mill-Fond Reġjonali Ewropew għall-Iżvilupp (ERDF) u l-Fond ta' Koeżjoni (CF) . Dawn jippreżentaw u janalizzaw is-sejbiet fuq il-livell ta’ Stat Membru u jippruvaw iwieġbu tliet settijiet ta’ mistoqsijiet ewlenin:

  • Kif intuża l-finanzjament provdut fl-Istat Membru jew fuq xiex intefqu l-flus?
  • X'kienu r-riżultati u kemm ikkontribwixxew għall-għanijiet tal-Politika ta’ koeżjoni?
  • Liema huma l-lezzjonijiet li għandhom jittieħdu mill-esperjenza matul dak il-perjodu u x’inhuma l-implikazzjonijiet għall-Politika ta’ koeżjoni fil-futur jew kif jistgħu jittejbu d-disinn u t-tħaddim tal-politika sabiex din issir aktar effettiva?

 Għodod addizzjonali

  •  
  •  Ċekken it-test  
  •  Kabbar it-test  

S'issa għall-perjodu ta' pprogrammar 2007-2013, kisbiet ewlenin tal-Politika Reġjonali huma:

Il-ħolqien tal-impjiegi u t-tkabbir

Id-dħul żdied fl-ifqar reġjuni tal-UE bil-PDG per capita jikber f’dawn l-oqsma  minn 60.5% tal-medja tal-UE fl-2007 għal 62.7% fl-2010.

Investiment fin-nies

2.4 miljun ruħ li pparteċipaw f’azzjonijiet tal-FSE li jappoġġaw aċċess għal impjieg sabu xogħol fi żmien 6 xhur (2007-2010).

Kull sena, madwar 15-il miljun ruħ jieħdu sehem fl-eluf ta’ proġetti kkofinanzjati mill-Fond Soċjali Ewropew (FSE) madwar l-UE.

Sostenn lill-intrapriżi

Huwa stmat li nħolqu 825,000 impjieg fl-SMEs (minn total ta' 940,000 impjieg aggregati maħluqa).

It-tisħiħ tar-riċerka u l-innovazzjoni

Titjib tal-ambjent

Modernizzar tat-trasport u l-produzzjoni tal-enerġija

Din il-paġna tipprovdi stampa ġenerali tal-kisbiet ewlenin s'issa fil-perjodu 2007-13 (sakemm ma jingħadx mod ieħor, id-dejta hija mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2014), u turi kif il-Politika ta' Koeżjoni tal-UE qiegħda tgħin sabiex taffaċċja l-kriżi u tipproduċi t-tkabbir.

L-impatti u r-riżultati għall-perjodu 2000-2006 jistgħu jinstabu fl-evalwazzjonijiet ex post.

Data for research 2007-2013
Cohesion Policy Data

Titlu: Eżempji ta' proġetti ko-finanzjati mill-UE matul il-perjodu tal-programm 2007-2013