Il-politika prinċipali dwar l-investiment tal-UE

 Għodod addizzjonali

  •  
  •  Ċekken it-test  
  •  Kabbar it-test  

Il-Politika Reġjonali hija l-politika prinċipali dwar l-investiment tal-UE

Il-Politika Reġjonali għandha fil-mira tagħha lir-reġjuni u l-ibliet kollha fl-Unjoni Ewropea sabiex dawn ikunu jistgħu jappoġġjaw il-ħolqien tal-impjiegi, il-kompetittività tan-negozju, it-tkabbir ekonomiku, l-iżvilupp sostenibbli u t-titjib fil-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini.

Sabiex jintlaħqu dawn il-miri u sabiex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet diversi ta’ żvilupp fir-reġjuni kollha tal-UE, twarrbu € 351.8 biljun – kważi terz tal-baġit totali tal-UE – għall-Politika ta’ Koeżjoni għall-perjodu 2014-2020. 

Kif jingħata l-finanzjament

Il-Politika Reġjonali tingħata permezz ta' tliet fondi prinċipali: il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) u l-Fond ta’ Koeżjoni (CF) u l-Fond Soċjali Ewropew (FSE).

Flimkien mal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS), huma jiffurmaw il-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (ESI).

Il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej qed contributing to the Investment Plan and the Commission's priorities.

Il-Politika Reġjonali u l-Istrateġija ta' Ewropa 2020

Il-Politika Reġjonali għandha impatt qawwi f’ħafna oqsma. L-investimenti tagħha jgħinu biex jintlaħqu l-bosta objettivi tal-politika tal-UE u hija tikkumplimenta politiki tal-UE bħal dawk li jittrattaw l-edukazzjoni, l-impjiegi, l-enerġija, l-ambjent, is-suq uniku, ir-riċerka u l-innovazzjoni.

B'mod partikolari, il-Politika Reġjonali tipprovdi l-qafas ta' investiment neċessarju sabiex jintlaħqu l-miri tal-Istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv fl-Unjoni Ewropea sal-2020.

Il-ħames miri għall-UE fl-2020 huma:

  1. L-impjiegi: 75% ta' dawk li għandhom bejn 20 u 64 sena jeħtieġ li jkunu f'impjieg
  2. Riċerka u Żvilupp: 3% tal-PDG tal-UE għandu jiġi investit fir-Riċerka u Żvilupp
  3. Tibdil fil-klima u s-sostenibilità tal-enerġija:
    • Tnaqqis ta' 20% fl-emissjonijiet ta' gassijiet serra tal-UE mil-livelli tal-1990;
    • 20% tal-enerġija mir-rinnovabbli
    • żieda ta' 20 % fl-effiċjenza fl-enerġija
  4. Edukazzjoni:
    • Tnaqqis fir-rati ta' dawk li jitilqu kmieni mill-iskola għal taħt l-10%
    • Mill-inqas 20 miljun ruħ inqas fil-faqar u fl-esklużjoni soċjali jew f’riskju tagħhom
  5. Il-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali: - Mill-inqas 20 miljun ruħ inqas fil-faqar u fl-esklużjoni soċjali jew f’riskju tagħhom

Kull Stat Membru adotta l-miri nazzjonali tiegħu stess f’dawn l-oqsma.

Il-Politika Reġjonali hija l-bażi tas-solidarjetà Ewropea

Il-biċċa l-kbira tal-finanzjament tal-Politika ta’ Koeżjoni hija kkonċentrata fuq il-pajjiżi u r-reġjuni Ewropej inqas żviluppati sabiex tgħinhom ilaħħqu mal-iżviluppi kontinwi u sabiex tnaqqas id-disparitajiet ekonomiċi, soċjali u territorjali li għadhom jeżistu fl-UE.


Total allocations of Cohesion Policy 2014-2020: Breakdown by spending categories (million €, current prices)

Il-Politika Reġjonali taffiet lir-reġjuni u lill-ibliet Ewropej mill-agħar effetti tal-kriżi

Billi appoġġat l-investiment pubbliku u billi użat l-investimenti tal-UE b'mod flessibbli, pereżempju permezz tar-riprogrammar tal-fondi jew billi żiedet ir-rata ta' kofinanzjament f'pajjiżi bħal Ċipru, il-Greċja, l-Ungerija, l-Irlanda, il-Portugall u r-Rumanija, il-politika reġjonali taffiet l-impatt tal-kriżi finanzjarja li bdiet fl-2008. Barra minn hekk, fi żmien ta' konsolidazzjoni fiskali sostnuta, il-Politika Reġjonali tal-UE saret ta' importanza kruċjali. Mingħajr il-Politika ta’ Koeżjoni, investiment pubbliku tant meħtieġ fl-Istati Membri l-inqas żviluppati kien jinżel b'45% addizzjonali matul il-kriżi.

Working Paper: The impact of the economic and financial crisis on the reform of Cohesion Policy 2008-2013 pdf en

L-impatt finanzjarju kumplessiv

Il-Politika ta’ Koeżjoni hija katalista għal finanzjament pubbliku u privat ulterjuri, mhux biss minħabba li tobbliga lill-Istati Membri li jikkofinanzjaw mill-baġit nazzjonali tagħhom, iżda billi din toħloq ukoll fiduċja fl-investituri.

Meta jittieħdu f’kunsiderazzjoni l-kontribuzzjonijiet nazzjonali u investiment privat ieħor, l-impatt tal-Politika ta’ Koeżjoni għall-perjodu 2014-2020  huwa mistenni li jkun ta’ madwar €450 biljun.