L-iżvilupp urban

L-ibliet jissimbolizzaw l-isfida doppja li bħalissa qed tħabbat wiċċha magħha l-Unjoni Ewropea: kif inżidu l-kompetittività filwaqt li nilħqu d-domandi soċjali u ambjentali.

 Għodod addizzjonali

  •  
  •  Ċekken it-test  
  •  Kabbar it-test  

L-ibliet tal-Ewropa huma ċentri tal-attivitajiet ekonomiċi, innovattivi u ta' impjieg tagħha, iżda qed iħabbtu wiċċhom ma' għadd ta' sfidi. It-tendenza favur is-suburbanizzazzjoni, il-konċentrazzjoni tad-deprivazzjoni u d-diżokkupazzjoni fiż-żoni urbani, iż-żieda tal-konġestjoni - problemi kumplessa ta' dan it-tip jirrekjedu soluzzjonijiet li jintegraw it-trasport u l-housing, kif ukoll skemi ta' taħriġ u impjieg, li jridu jitfasslu spċifikament għall-bżonnijiet tal-lokal. Il-politiki reġjonali u ta' koeżjoni Ewropej jindirizzaw dawn l-isfidi.