Kompetittività tal-SME

L-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju huma vitali għall-ekonomija tal-UE, u jammontaw għal iżjed minn 99 % tan-negozji Ewropej u żewġ terzi tal-impjiegi fis-settur privat. Il-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej ser jagħmlu disponibbli aktar minn €450 biljun għall-Istati Membri fl-2014-2020 biex jiffinanzjaw investimenti għat-titjib tal-impjiegi u t-tkabbir.

 Għodod addizzjonali

  •  
  •  Ċekken it-test  
  •  Kabbar it-test  

It-titjib tal-kompetittività tal-SMEs huwa wieħed mill-11-il objettiv tematiku għall-Politika ta’ Koeżjoni fl-2014-2020. Sejrin isiru wkoll investimenti addizzjonali fl-SMEs taħt objettivi oħra tematiċi, b’mod partikolari r-riċerka u l-innovazzjoni, l-ekonomija b’emissjonijiet baxxi tal-karbonju u t-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni. €57 biljun jew madwar 20 % tal-finanzjament mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) sejrin ikunu ddedikati b’mod espliċitu għall-SMEs. Iż-żieda fl-użu tal-istrumenti finanzjarji bil-mobilizzazzjoni ta’ fondi addizzjonali tal-UE, nazzjonali u reġjonali matul il-perjodu ta’ finanzjament tal-2014-2020 ukoll hija mistennija li tibbenefika l-SMEs.

Dawn l-investimenti sejrin jgħinu l-SMEs biex:

  • Jaċċessaw il-finanzi għall-investimenti permezz ta’ għotjiet, self, garanziji fuq self, kapital ta’ riskju, eċċ.
  • Jibbenefikaw minn appoġġ tan-negozju mmirat, eż. għarfien u pariri, informazzjoni u opportunitajiet ta’ netwerking, sħubiji transfruntieri.
  • Itejbu l-aċċess tagħhom għal swieq globali u ktajjen b’valur internazzjonali
  • Jisfruttaw sorsi ġodda ta’ tkabbir bħall-ekonomija ekoloġika, it-turiżmu sostenibbli, is-servizzi tas-saħħa u soċjali inkluża l-“ekonomija tal-anzjani” u l-industriji kulturali u kreattivi
  • Jinvestu fil-kapital uman u fl-organizzazzjonjiet li jipprovdu edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali orjentati lejn il-prattika
  • Joħolqu konnessjonijiet ma’ ċentri tar-riċerka u universitajiet biex jippromwovu l-innovazzjoni

Regoli u miżuri ġodda simplifikati u komuni jagħmluha aktar faċli għall-SMEs biex ikollhom aċċess għall-Fondi tal-Politika ta’ Koeżjoni fl-2014-2020. Dawn jinkludu:

  • rapportar online tal-mod kif il-Fondi qed jintużaw
  • regoli aktar ċari dwar l-eliġibbiltà
  • awditjar aktar immirat u inqas frekwenti għal operazzjonijiet żgħar
  • kamp ta’ applikazzjoni usa’ u simplifikazzjoni tal-istabbiliment u l-aċċess għal strumenti finanzjarji

Iż-żieda fl-investiment fl-SMEs fl-2014-2020 se tibni fuq il-kisbiet tal-Politika ta’ Koeżjoni tal-UE matul il-perjodu ta’ finanzjament tal-2007-2013:

  • Aktar minn 95 000 negozju li jkun għadu kemm jiftaħ mogħtija appoġġ
  • Aktar minn 300 000 impjieg maħluqa fl-SMEs

 

Thematic Objective: 3 SME competitiveness by Country for 2014-2020

Breakdown Of The Available Funds By Thematic Objective By MS For 2014-2020