Żvilupp rurali

Il-biċċa l-kbira taż-żoni rurali jagħmlu nofs tal-Ewropa u jirrapreżentaw madwar 20% tal-popolazzjoni. Madankollu, ħafna miż-żoni rurali jagħmlu parti wkoll mir-reġjuni l-inqas favoriti fl-UE, bi PDG għal kull ras taħt ħafna l-medja Ewropea.

 Għodod addizzjonali

  •  
  •  Ċekken it-test  
  •  Kabbar it-test  

Sabiex ir-reġjuni rurali jiġu megħjunin jikbru u jgħollu l-istandards tal-impjiegi u l-għajxien, il-politika tal-iżvilupp rurali tal-Unjoni Ewropea stabbiliet tliet objettivi ġenerali: it-titjib fil-kompetittività tal-agrikoltura, l-ilħuq ta' ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali u azzjoni fil-klima, u żvilupp territorju bbilanċjat taż-żoni rurali. Il-politika tal-koeżjoni tal-UE tikkondividi dawn l-għanijiet. Il-fond Ewropew għall-iżvilupp reġjonali (FERŻ) u l-fond soċjali Ewropew (FSE) għalhekk jaħdmu biex jikkumplimentaw il-fond agrikolu Ewropew għall-iżvilupp rurali (FAEŻR).