L-innovazzjoni: Riċerka, Intraprenditorija, ICT u Kapital Uman

It-tkabbir sostenibbli huwa dejjem aktar marbut mal-kapaċità tal-ekonomiji reġjonali biex jinnovaw u jittrasformaw, u jadattaw ruħhom għal ambjent li dejjem jinbidel u jsir aktar kompetittiv. Dan ifisser li jrid isir sforz ferm akbar biex jinħolqu l-ekosistemi li jħeġġu l-innovazzjoni, ir-riċerka u l-iżvilupp (R&Ż) u l-intraprenditorija, kif enfasizzat mill-istrateġija Ewropa 2020 u l-inizjattiva ewlenija tagħha tal-Unjoni ta' Innovazzjoni.

 Għodod addizzjonali

  •  
  •  Ċekken it-test  
  •  Kabbar it-test  

Il-promozzjoni tal-innovazzjoni hija għalhekk karatteristika ewlenija fil-programmi tal-Politika ta' Koeżjoni għall-2007-2013, fejn madwar €86.4 biljun jew kważi 25 % tal-allokazzjoni totali tmur għall-innovazzjoni f'sens usa'. L-impenn huwa msaħħaħ ulterjorment fil-perjodu ta' programmazzjoni l-ġdid 2014-2020, fejn 30 % tal-allokazzjonijiet totali sejrin jintużaw għall-innovazzjoni f'sens usa'. Fil-futur, strateġiji ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti sejrin jimmobilizzaw ukoll il-potenzjal tal-innovazzjoni tar-reġjuni kollha tal-UE.

 

Thematic Objective 1: Research and innovation by Country for 2014-2020

Breakdown Of The Available Funds By Thematic Objective By MS For 2014-2020