Il-politika reġjonali u r-reġjuni l-aktar imbiegħda

L-Unjoni Ewropea tgħodd disa' Reġjuni Ultraperiferiċi, li huma ġeografikament 'il bogħod ħafna mill-kontinent Ewropew:

  • Guadeloupe u La Réunion, (2 Reġjuni Franċiżi)
  • Mayotte (1 Dipartiment Franċiż extra-Ewropew)
  • Il-Guyana Franċiża u Martinique (2 Kollettivitajiet territorjali Franċiżi)
  • Saint-Martin (1 Kollettività Franċiża extra-Ewropea)
  • Madeira u l-Azores (żewġ reġjuni awtonomi Portugiżi)
  • il-Gżejjer Kanarji (komunità awtonoma Spanjola)

 Għodod addizzjonali

  •  
  •  Ċekken it-test  
  •  Kabbar it-test  

Il-liġi tal-UE u d-drittijiet u dmirijiet kollha assoċjati mal-isħubija fl-UE japplikaw għar-Reġjuni Ultraperiferiċi, ħlief għal każijiet fejn hemm miżuri jew derogi speċifiċi. Skont l-Artikolu 349 tat-TFUE, dawn il-miżuri huma maħsubin biex jindirizzaw l-isfidi ffaċċjati mir-Reġjuni Ultraperiferiċi minħabba d-distanza, l-insularità, id-daqs żgħir, it-topografija u l-klima diffiċli, u d-dipendenza ekonomika tagħhom fuq ftit prodotti.

Ir-Reġjuni Ultraperiferiċi jibbenefikaw mill-finanzjament tal-Politika ta' Koeżjoni permezz tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond Soċjali Ewropew.