It-Teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni

L-iżvilupp tat-Teknoloġiji tal-Infomazzjoni u l-Komunikazzjoni (ICT) huwa vitali għall-kompetittività tal-Ewropa fl-ekonomija globali dejjem aktar diġitali ta' llum. Aktar minn €20 biljun mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) u l-Fond ta' Koeżjonihuma disponibbli għall-investimenti fl-ICT matul il-perjodu ta' finanzjament 2014-2020. Dawn l-investimenti jappoġġjaw l-azzjoni tal-Kummissjoni biex jinħoloq Suq Uniku Diġitali, li jkollu l-potenzjal li jiġġenera sa EUR 250 biljun ta' tkabbir addizzjonali.

 Għodod addizzjonali

  •  
  •  Ċekken it-test  
  •  Kabbar it-test  

It-titjib tal-aċċess, tal-użu u tal-kwalità tal-ICTs huwa wieħed mill-11-il objettiv tematiku għall-Politika ta' Koeżjoni fl-2014-2020. L-FEŻR ser jagħti prijorità lil:

  • L-estensjoni tal-użu tal-broadband u l-implimentazzjoni ta' netwerks b'veloċità kbira
  • L-iżvilupp ta' prodotti u s-servizzi tal-lCT u l-kummerċ elettroniku
  • It-tisħiħ tal-applikazzjonijiet tal-ICT għall-gvern elettroniku, it-tagħlim elettroniku, l-inklużjoni elettronika, il-kultura elettronika u s-saħħa elettronika

Il-miżuri tal-ICT jistgħu jirċievu wkoll appoġġ taħt objettivi tematiċi oħrajn, u huma inklużi wkoll f'diversi strateġiji ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti. Il-qlib minn approċċ klassiku fis-settur tal-ICT għal "aġenda diġitali" lokali/reġjonali/nazzjonali fi ħdan l-Istrateġija ta' Speċjalizzazzjoni Intelliġenti qiegħed jippermetti lir-reġjuni jidentifikaw il-prijoritajiet għall-investiment fl-ICT li huma rilevanti għat-territorju tagħhom.

Il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej ma għandhomx jitqiesu biss bħala appoġġ finanzjarju, iżda anki bħala għodda politika biex jappoġġjaw lill-awtoritajiet pubbliċi fid-definizzjoni tal-istrateġija tagħhom u fl-ippjanar tal-isforz amministrattiv u ta' investiment tagħhom. Sabiex jiġi żgurat li l-investimenti tal-UE jilħqu l-impatt massimu, l-Istati Membri u r-reġjuni li jixtiequ jużaw il-fondi għal proġetti relatati mal-ICT huma mitlubin idaħħlu fis-seħħ qafas politiku strateġiku għat-tkabbir diġitali u pjan ta' netwerk tal-ġenerazzjoni li ġejja.

Il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej jistgħu jintużaw ukoll b'mod strateġiku biex jinkoraġġixxu t-traspożizzjoni ta' inizjattivi leġiżlattivi tas-Suq Uniku Diġitali (DSM), l-iżvilupp ta' kapaċità amministrattiva għall-applikazzjoni effettiva ta' din il-leġiżlazzjoni u l-ingranaġġ tal-finanzjament pubbliku nazzjonali u privat biex jitħaffef l-impatt pożittiv tad-DSM fir-reġjuni tal-UE kollha.

Iż-żieda fl-Investimenti tal-ICT fl-2014-2020 ser tibni fuq il-kisbiet matul il-perjodu ta' investiment 2007-2013:

  • Aktar minn 5 miljun persuna oħra mqabbdin mal-broadband
  • Aktar minn 20,700 proġett tal-ICT irċevew appoġġ mill-FEŻR
Thematic Objective 2: Information and communication technologies by Country for 2014-2020

Breakdown Of The Available Funds By Thematic Objective By MS For 2014-2020