Is-Saħħa

Il-Politika ta' Koeżjoni tal-UE tinvesti fis-saħħa, ass ewlieni għall-iżvilupp u l-kompettività reġjonali, sabiex jitnaqqsu l-inugwaljanzi ekonomiċi u soċjali. L-investiment jista' jindrizza numru ta' oqsma differenti bħat-tixjiħ tal-popolazzjoni tal-Ewropa, l-infrastruttura tal-kura tas-saħħa u sistemi sostenibbli, is-saħħa elettronika, il-kopertura tas-saħħa, u l-programmi ta' promozzjoni tas-saħħa.

 Għodod addizzjonali

  •  
  •  Ċekken it-test  
  •  Kabbar it-test  

Is-saħħa hija eliġibbli biex tirċievi appoġġ taħt bosta mill-ħdax-il prijorità għall-Politika ta' Koeżjoni fl-2014-2020, inkluż l-objettivi tematiċi 2 - ICT, 3 - SMEs, 8 - Impjiegi, 9 – Inklużjoni Soċjali u 11 – Kapaċità Istituzzjonali.

L-investimenti tal-Fondi SIE fis-saħħa huma marbutin mill-qrib mal-qafas politiku tas-saħħa, inkluż il-valutazzjoni tal-bżonnijiet u l-kosteffettività.