L-ambjent u l-effiċjenza fir-riżorsi

Il-Politika tal-Koeżjoni tal-UE tappoġġja t-tkabbir sostenibbli billi tippromwovi l-ġestjoni tal-iskart u l-ilma, teknoloġiji nodfa innovattivi u favur l-ambjent, kif ukoll miżuri mmirati għall-protezzjoni tal-arja, il-bijodiversità u n-natura.

 Għodod addizzjonali

  •  
  •  Ċekken it-test  
  •  Kabbar it-test  

Il-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej jgħinu biex jipproteġu u jippreservaw assi naturali bħall-ilma, in-natura u l-bijodiversità, arja nadifa jew il-materja prima. Jinkludi l-investiment f’infrastrutturi bżonnjużi għat-trattament tal-ilma mormi u l-ġestjoni tal-iskart (bħar-riċiklaġġ), iżda anki miżuri li jissorveljaw l-istat tal-ambjent jew l-iżvilupp ta’ infrastruttura favur l-ambjent. Billi jagħmel dan, l-ambjent jirrappreżenta sors ta’ tkabbir ekonomiku u opportunitajiet ġodda tax-xogħol.



Thematic Objective 6: Environment and resource efficiency by Country for 2014-2020

Breakdown Of The Available Funds By Thematic Objective By MS For 2014-2020