L-impjiegi u s-suq tax-xogħol

Il-Politika ta' Koeżjoni tal-UE tinvesti fl-impjiegi u t-tkabbir fit-tul tal-Ewropa. Tappoġġja l-Istrateġija Ewropa 2020, li għandha l-għan li tara 75 % ta' dawk li għandhom bejn 20 u 64 sena jkollhom impjieg sal-2020.

 Għodod addizzjonali

  •  
  •  Ċekken it-test  
  •  Kabbar it-test  

Il-Mobilità tal-Impjiegi u s-Suq tax-Xogħol hija waħda mill-ħdax-il prijorità għall-Politika ta' Koeżjoni fl-2014-2020 ("objettiv tematiku 8").

Ser isiru investimenti fil-politika attiva tas-suq tax-xogħol, l-impjiegi indipendenti, l-istituzzjonijiet tas-suq tax-xogħol, it-tixjiħ attiv u b'saħħtu, l-impjieg fost iż-żgħażagħ u miżuri oħrajn maħsubin biex jagħtu spinta lill-impjiegi u l-mobilità tax-xogħol.



Thematic Objective 8: Employment and labour market by Country for 2014-2020

Breakdown Of The Available Funds By Thematic Objective By MS For 2014-2020