Edukazzjoni u taħriġ

Il-Politika ta' Koeżjoni tal-UE tinvesti fil-ħiliet u l-kompetenzi tan-nies, li huma kruċjali biex tiġi żgurata kompetittività fit-tul tal-Ewropa. Hija wkoll kruċjali biex tippromwovi l-koeżjoni soċjali - billi tgħin liċ-ċittadini kollha biex jibbenefikaw aktar u aħjar mill-impjiegi disponibbli.

 Għodod addizzjonali

  •  
  •  Ċekken it-test  
  •  Kabbar it-test  

L-Edukazzjoni u taħriġ hija waħda mill-ħdax-il prijorità għall-Politika ta' Koeżjoni fl-2014-2020 ("objettiv tematiku 10").

Il-Fond Soċjali Ewropew (FSE) u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) jappoġġjaw l-attivitajiet li jgħinu biex:

  • jiġu modernizzati s-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ, inkluż l-investimenti fl-infrastruttura edukattiva
  • jitnaqqas it-tluq bikri mill-iskola
  • jiġi promoss aċċess aħjar għal edukazzjoni ta' kwalità tajba għal kulħadd, mill-primarja sal-livell terzjarju
  • jitjieb l-aċċess għal tagħlim tul il-ħajja
  • jissaħħu s-sistemi ta' edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali

 

Thematic Objective 10: Education and training by Country for 2014-2020

Breakdown Of The Available Funds By Thematic Objective By MS For 2014-2020