Prijoritajiet għall-2014-2020

 Għodod addizzjonali

  •  
  •  Ċekken it-test  
  •  Kabbar it-test  

X’hemm ġdid għall-perjodu 2014-2020?

  • Enfasi aktar qawwija fuq ir-riżultati: miri aktar ċari u li jistgħu jitkejlu għal kontabbiltà aħjar.
  • Is-simplifikazzjoni: sett wieħed ta’ regoli għall-ħames Fondi.
  • Kundizzjonijiet: introduzzjoni ta’ prekundizzjonijiet speċifiċi qabel ikunu jistgħu jiġu mmirati l-fondi.
  • Dimensjoni urbana aktar b'saħħitha u l-ġlieda kontra l-inklużjoni soċjali: ammont minimu ta’ FEŻR allokat għal proġetti integrati fl-ibliet u tal-FSE sabiex jingħata appoġġ lill-komunitajiet emarġinati.
  • Link għal riforma ekonomika: il-Kummissjoni tista’ tissospendi l-finanzjament għal Stat Membru li ma jkunx konformi mar-regoli ekonomiċi tal-UE.

X’inhuma l-prijoritajiet?

Il-Politika ta’ Koeżjoni ffissat 11-il objettiv tematiku li jappoġġjaw it-tkabbir għall-perjodu 2014-2020.

  • L-investiment mill-FEŻR sejjer jappoġġja lill-11-il objettiv kollha, iżda 1-4 huma l-prijoritajiet ewlenin għall-investiment. 
  • Il-prijoritajiet ewlenin għall-FSE huma 8-11, għalkemm il-Fond jappoġġja wkoll lil 1-4.
  • Il-Fond ta’ Koeżjoni jappoġġja lill-objettivi 4-7 u 11.

1. It-tisħiħ tar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni teknoloġika

2. It-tisħiħ tal-aċċess għal, u l-użu u l-kwalità ta’, teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni

3. It-tisħiħ tal-kompetittività tal-SME

4. L-appoġġ tal-bidla lejn ekonomija b’emissjonijiet baxxi ta’ karbonju

5. Promozzjoni tal-adattament għat-tibdil fil-klima, il-prevenzjoni u l-immaniġġjar tar-riskju

6. Il-preservazzjoni u l-protezzjoni tal-ambjent u l-promozzjoni tal-effiċjenza fir-riżorsi

7. Il-promozzjoni ta’ trasport sostenibbli u t-titjib tal-infrastrutturi tan-netwerks

8. Il-promozzjoni ta’ impjiegi sostenibbli u ta’ kwalità u appoġġ għall-mobilità tax-xogħol

9. Il-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali, il-ġlieda kontra l-faqar u kwalunkwe diskriminazzjoni

10. Investiment fl-edukazzjoni, fit-taħriġ u fit-tagħlim tul il-ħajja

11. It-titjib fl-effiċjenza tal-amministrazzjoni pubblika