Titjib ta’ kif il-fondi jiġu investiti u amministrati

Il-Kummissjoni tipprovdi appoġġ lill-Istati Membri sabiex tgħinhom jagħmlu l-aħjar użu possibbli tal-finanzjament tal-Politika ta’ Koeżjoni, u sabiex jindirizzaw il-problemi bl-implimentazzjoni. Dan l-appoġġ ġie rinfurzat għall-perjodu ta' finanzjament 2014-2020.

 Għodod addizzjonali

  •  
  •  Ċekken it-test  
  •  Kabbar it-test  

Spinta lill-kapaċità amministrattiva

Il-kapaċità tal-Istati Membri sabiex jamministraw il- Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej b’mod effettiv hija wieħed mill-fatturi ewlenin li jikkontribwixxu għas-suċċess tal-Politika ta’ Koeżjoni. Il-Kummissjoni tgħin sabiex issaħħaħ il-kapaċità amministrattiva tal-amministrazzjonijiet nazzjonali u reġjonali, permezz ta' titjib fl-istrutturi, ir-riżorsi umani, is-sistemi u l-għodda. Minbarra l-investiment fil-kapaċità ta' amministrazzjoni tal-Fondi, il-finanzjament tal-Politika ta' Koeżjoni fl-2014-2020 jappoġġja amministrazzjoni pubblika effiċjenti b'mod iktar ġenerali permezz ta' finanzjament għall-bini tal-kapaċità istituzzjonali u r-riforma.

TAIEX REGIO PEER 2 PEER: skambji ta’ esperti reġjonali

Is- sistema ta' skambji ta' esperti TAIEX REGIO PEER 2 PEER en hija għodda sabiex jintlaħqu l-ħtiġijiet permezz ta' ħila esperta f'pajjiżi differenti. Din l-għodda mmexxija mid-domanda tirrispondi b'mod dirett għal talbiet speċifiċi minn awtoritajiet nazzjonali jew reġjonali li jamministraw il-fondi permezz ta' missjonijiet ta' esperti, żjarat ta' studju u workshops speċifiċi.

Patti ta’ Integrità

Id-Direttorat Ġenerali għall-Politika Reġjonali u Urbana tal-Kummissjoni Ewropea huwa impenjat sabiex ifittex u jittestja metodi ġodda għas-salvagwardja tal-fondi tal-UE mir-riskji ta’ ġestjoni ħażina, frodi u korruzzjoni u għaż-żieda fit-trasparenza ta’ kif il-fondi huma użati. Bħala waħda mill-inizjattivi f’dan il-qasam, aħna nedejna proġett pilota "Patti ta’ Integrità - Mekkaniżmu ta’ Kontroll Ċivili għas-Salvagwardja tal-Fondi tal-UE kontra l-Frodi u l-Korruzzjoni". Il-proġett huwa implimentat f’kooperazzjoni ma’ Transparency International u għandu l-għan li jintroduċi Patti Integrità f’numru ta’ proġetti kofinanzjati mill-Fondi Strutturali u ta' Koeżjoni tal-UE fl-Istati Membri.
Għal aktar informazzjoni dwar Patti ta' Integrità u l-proġett pilota jekk jogħġbok żur hawn en.

Task Force dwar l-Implimentazzjoni

Il-Kummissjoni ħolqot Task Force għal Implimentazzjoni Aħjar en  sabiex tipprovdi appoġġ imfassal apposta għal tmien Stati Membri li qed jiffaċċjaw sfidi partikolari marbutin mal-implimentazzjoni tal-Fondi tal-Politika ta' Koeżjoni (il-Bulgarija, il-Kroazja, ir-Repubblika Ċeka, l-Ungerija, l-Italja, is-Slovakkja, is-Slovenja, ir-Rumanija)

Grupp ta' Livell Għoli li jissorvelja s-simplifikazzjoni għall-benefiċjarji tal-Fondi SIE

The task of the group of experts is to advise the Commission with regard to simplification and reduction of administrative burden for beneficiaries of the European Structural and Investment (ESI) Funds.
Grupp ta' Livell Għoli li jissorvelja s-simplifikazzjoni għall-benefiċjarji tal-Fondi SIE en

Inizjattiva għar-reġjuni li għadhom lura

Il-Kummissjoni se teżamina għaliex reġjuni b’livell baxx ta’ żvilupp ekonomiku jew reġjuni li qed jesperjenzaw diversi snin ta’ tkabbir negattiv tal-PDG għadhom lura. Għal Politika ta’ Koeżjoni, li timmira li tnaqqas id-disparitajiet bejn il-livelli ta’ żvilupp bejn ir-reġjuni tal-Ewropa, din it-tendenza hija ta’ tħassib partikolari.
Inizjattiva għar-reġjuni li għadhom lura en

Taħriġ għall-esperti dwar ir-regoli u r-regolamenti

Il-Kummissjoni tipprovdi taħriġ en għall-awtoritajiet ta’ ġestjoni, ċertifikazzjoni u awditjar li jittrattaw il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il- Fond Soċjali Ewropew u l- Fond ta' Koeżjoni. It-taħriġ jiffoka fuq l-elementi l-ġodda ewlenin fil-qafas leġislattiv tal-politika ta' koeżjoni tal-UE għall-2014-2020 u huwa organizzat f’żewġ moduli:

  • programmar u implimentazzjoni
  • ġestjoni finanzjarja u kwistjonijiet ta' kontroll.

Memo: Titjib ta' kif l-Istati Membri tal-UE u r-reġjuni jinvestu u jamministraw fondi tal-Politika ta' Koeżjoni tal-UE (24 ta' Marzu 2015)  bg cs da de el en es et fi fr hu it lt lv mt nl pl pt ro sk sl sv

Pjan ta’ azzjoni dwar l-akkwist pubbliku

Il- Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Akkwist Pubbliku en  tal-Kummissjoni jistabbilixxi sensiela ta’ inizjattivi mmirati sabiex jgħinu lill-Istati Membri jtejbu l-prestazzjoni kemm tal-amministrazzjonijiet kif ukoll tal-benefiċjarji fl-applikazzjoni tal-akkwist pubbliku għal investimenti tal-UE matul il-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020

Komunitajiet Regio ta’ Prattikanti

Aħna qed naħdmu flimkien mal-Awtoritajiet ta' Ġestjoni bil-għan li jiġu ffurmati komunitajiet ta’ prattikanti li jaħdmu fl- Awtoritajiet ta’ Ġestjoni/Korpi Intermedjarji għall-iskambju ta’ prattiki u esperjenzi. Għal dan l-iskop aħna adottajna modi ta’ ħidma aktar innovattivi, permezz tal-użu ta’ approċċ ta’ laboratorju ta’ politika.
Komunitajiet Regio tal-Prattikanti en

Studji dwar l-integrazzjoni ta’ elementi regolatorji ġodda fil-proċess ta’ programmazzjoni

L-għan ta’ dawn l-istudji huwa li jittieħed kont ta’ kif l-elementi regolatorji ġodda tal-politika riformata ġew integrati fil-proċess ta’ programmazzjoni. Barra minn hekk, l-aħħar studju jipprovdi informazzjoni dwar l-ambitu tad-daqsijiet tal-proġetti fil-perjodu 2007-2013.
Dawn jipprovdu provi u bażi analitika għad-dibattitu dwar id-disinn tal-politika wara l-2020 u valutazzjonijiet tal-impatt relatati.
Studji dwar l-integrazzjoni ta’ elementi regolatorji ġodda fil-proċess ta’ programmazzjoni en