Il-koperazzjoni bejn ir-reġjuni u l-pajjiżi

 Għodod addizzjonali

  •  
  •  Ċekken it-test  
  •  Kabbar it-test  

Il-Koperazzjomi Territorjali Ewropea

Il-Koperazzjoni Territorjali Ewropea hija l-fulkru biex tinbena żona Ewropea komuni, il-bażi tal-integrazzjoni Ewropea. Għandha valur miżjud Ewropew ċar: tgħin biex tiżgura li l-fruntieri ma jkunux ostakolu, biex b'hekk tqarreb l-Ewropej lejn xulxin u tgħinhom isolvu problemi komuni, tiffaċilita l-iskambju tal-ideat u l-assi u tħeġġeġ il-ħidma strateġika lejn għanijiet komuni.

Strateġiji makro-reġjonali

'Studju makroreġjonali' huwa qafas integrat approvat mill-Kunsill Ewropew, li jista' jkun appoġġat mill-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej fost oħrajn, sabiex jindirizza sfidi komuni li taffaċċja żona ġeografika definita relatati ma' Stati Membri u pajjiżi terzi li jinsabu fl-istess żona ġeografika, li b'hekk tibbenefika minn kooperazzjoni msaħħa li tikkontribwixxi għall-ilħuq ta' koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali.

S'issa ġew adottati erba' strateġiji makro-reġjonali tal-UE, li jkopru bosta politiki:

L-istrateġiji makro-reġjonali kollha adottati huma akkompanjati wkoll mill-pjan ta' azzjoni għaddej il-ħin kollu li għandu jiġi aġġornat regolarment fid-dawl ta' ħtiġijiet ġodda u emerġenti u ta' kuntesti li jinbidlu. L-erba' strateġiji makro-reġjonali jikkonċernaw lil 19-il Stat Membru tal-UE u lil 8 pajjiżi mhux tal-UE.

Koperazzjoni internazzjonali

L-Unjoni Ewropea taqsam l-esperjenza tagħha ma' pajjiżi mhux fl-UE dwar il-proċess tal-iżvilupp reġjonali.

Forom oħra ta' koperazzjoni u netwerking