breadcrumb.ecName

Vjaġġ bil-karozza minn żgħażagħ Ewropej u għalihom

  • 16 April 2018
Vjaġġ bil-karozza minn żgħażagħ Ewropej u għalihom

Tmien vjaġġaturi żgħażagħ se jaqsmu l-kontinent biex jiskopru u jaqsmu eżempji konkreti ta’ proġetti tal-UE. L-avventura bdiet f'Ateni dan tmiem il-ġimgħa. Il-Vjaġġ bil-Karozza huwa organizzat f'erba’ rotot li jkopru l-kosta Mediterranja, Baltika u Atlantika, kif ukoll id-Danubju. Għal kull itinerarju, żewġ vjaġġaturi żgħażagħ se jqattgħu xahar fuq proġetti kofinanzjati mill-UE, kif ukoll iżuru siti kulturali u ambjentali. Dawn se jaqsmu wkoll l-esperjenza tagħhom permezz tal-midja

Tmien vjaġġaturi żgħażagħ se jaqsmu l-kontinent biex jiskopru u jaqsmu eżempji konkreti ta’ proġetti tal-UE. L-avventura bdiet f'Ateni dan tmiem il-ġimgħa.

Il-Vjaġġ bil-Karozza huwa organizzat f'erba’ rotot li jkopru l-kosta Mediterranja, Baltika u Atlantika, kif ukoll id-Danubju. Għal kull itinerarju, żewġ vjaġġaturi żgħażagħ se jqattgħu xahar fuq proġetti kofinanzjati mill-UE, kif ukoll iżuru siti kulturali u ambjentali. Dawn se jaqsmu wkoll l-esperjenza tagħhom permezz tal-midja soċjali.

Is-Sibt, il-vann tagħhom telaq mill-Acropolis f'Ateni. Abbord tiegħu kien hemm: Louis mill-Belġju, assistent soċjali u rapper, u Luisa, pedagoga Ġermaniża, iż-żewġ membri tat-tim tal-Mediterran. Huma se jivvjaġġaw mill-Greċja lejn Franza, u diġà tista’ tara l-ewwel posts tagħhom fuq is-sit web tal-proġett kif ukoll l-ewwel vidjo ta’ 60 sekonda.

Fil-waqfiet differenti, il-vjaġġaturi se jiltaqgħu ma’ persuni influwenti lokali li se jintroduċuhom għall-kultura ta' dik iż-żona. Huma ser jiltaqgħu wkoll ma’ xi personalitajiet, jinvolvu ruħhom f’attivitajiet ta’ volontarjat u bla dubju ta’ xejn ikollhom okkażjonijiet ta’ tilqigħ spontanji oħra li se jsaħħu l-esperjenza tagħhom. Facebook, Instagram u Youtube se jkunu l-mezzi ewlenin ta’ komunikazzjoni.

It-tmien vjaġġaturi huma r-rebbieħa tal-provi li saru fil-bidu tas-sena, fost aktar minn 2,000 applikant.

L-ewwel tim se jilħaq l-aħħar waqfa tiegħu, l-għerien Franċiżi ta’ Lascaux, fit-12 ta’ Mejju. Ġimgħa wara, it-tim tal-Atlantiku se jibda l-vjaġġ f'Cala da Roca, il-Portugall. Yldau, minn Amsterdam, u Fabian, Ekwadorjan li jgħix f'Vilniius, se jesploraw l-irdumijiet u l-bajjiet tal-kosta Atlantika sakemm jaslu f'Rotterdam f'nofs Ġunju.

Imbagħad, se jkun imiss lil Susann, mill-Estonja, u Kenneth, mill-Irlanda, biex jirkbu l-vann u jsegwu x-xmara Danubju, mill-Ġermanja għar-Rumanija. L-aħħar rotta, mill-aħħar ta’ Lulju, se tieħu lil Luna u Achilles, minn Spanja u l-Greċja rispettivament, tul il-kosta Baltika, minn Rovaniemi fil-Finlandja sa Berlin, destinazzjoni finali tal-proġett fil-25 ta’ Awwissu.

Il-vjaġġaturi se jkunu akkumpanjati minn kameramen esperjenzati li se jiffilmjaw il-vjaġġ biex jipproduċu film tal-vjaġġ dwar l-avventura kollha. Eżitu ieħor tal-vjaġġ se jkun gwida alternattiva għall-ivvjaġġar għal vjaġġaturi żgħażagħ.

Avveniment finali ser ilaqqa’ flimkien il-parteċipanti kollha u l-bloggers reġjonali fi Brussell, fil-qafas tal-Ġimgħa Ewropea tar-Reġjuni u l-Bliet f’Ottubru. Sa dakinhar, tista’ diġà ssegwi l-avventura magħhom. Lest biex titlaq għal għonq it-triq?

The Road Trip Project

Segwi l-Vjaġġ bil-Karozza fuq FacebookInstagram - Youtube