breadcrumb.ecName

Il-pagamenti tal-UE li jsiru mill-Kummissjoni lill-Istati Membri taħt il-Fondi SIE issa huma trasparenti

  • 04 September 2017
Il-pagamenti tal-UE li jsiru mill-Kummissjoni lill-Istati Membri taħt il-Fondi SIE issa huma trasparenti

Il-Kummissjoni issa qiegħda tippubblika kuljum dettalji tal-pagamenti magħmula lill-Istati Membri taħt il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej kollha. Sal-aħħar ta’ Awwissu 2017, tħallas total ta’ EUR 58 biljun lill-programmi kofinanzjati mill-Fondi SIE. Dawn il-pagamenti jieħdu l-forma ta’ prefinanzjament (inizjali u annwali) u pagamenti interim li jirrimborżaw l-infiq iddikjarat. L-informazzjoni dwar il-pagament tal-UE hija ppreżentata fuq il-Pjattaforma tad-

Il-Kummissjoni issa qiegħda tippubblika kuljum dettalji tal-pagamenti magħmula lill-Istati Membri taħt il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej kollha. Sal-aħħar ta’ Awwissu 2017, tħallas total ta’ EUR 58 biljun lill-programmi kofinanzjati mill-Fondi SIE. Dawn il-pagamenti jieħdu l-forma ta’ prefinanzjament (inizjali u annwali) u pagamenti interim li jirrimborżaw l-infiq iddikjarat. L-informazzjoni dwar il-pagament tal-UE hija ppreżentata fuq il-Pjattaforma tad-Data Miftuħa tal-FSIE fil-graffs li juru l-istampa sħiħa kull sena fuq bażi kumulattiva u ħarsa ġenerali għall-Fond u għall-Istati Membri.

Aktar dettalji dwar il-karatteristiċi tad-data dwar il-pagamenti tal-UE huma disponibbli fil-Mistoqsijiet Frekwenti u fis-sett tad-data kompletament pubblika