breadcrumb.ecName

Premjijiet RegioStars 2017: Il-ġurija tagħżel 24 finalist bħala l-aktar proġetti reġjonali impressjonanti tal-Ewropa

  • 03 July 2017
Premjijiet RegioStars 2017: Il-ġurija tagħżel 24 finalist bħala l-aktar proġetti reġjonali impressjonanti tal-Ewropa

Illum inħabbru l-finalisti għall-edizzjoni tal-2017 tal-Premjijiet RegioStars, il-kompetizzjoni annwali li tonora l-proġetti reġjonali li huma l-aktar ta' ispirazzjoni u innovattivi fl-Ewropa, appoġġata mill-Fondi tal-Politika ta' Koeżjoni tal-UE.  Ġurija indipendenti, immexxija mill-MPE Lambert van Nistelrooij, għażlet 24 finalist minn 103 entrati fuq il-bażi ta' erba' kriterji: l-innovazzjoni, l-impatt, is-sostenibbiltà u s-sħubija.  L-24 finalist magħżula ġejjin minn reġjuni

Illum inħabbru l-finalisti għall-edizzjoni tal-2017 tal-Premjijiet RegioStars, il-kompetizzjoni annwali li tonora l-proġetti reġjonali li huma l-aktar ta' ispirazzjoni u innovattivi fl-Ewropa, appoġġata mill-Fondi tal-Politika ta' Koeżjoni tal-UE. 

Ġurija indipendenti, immexxija mill-MPE Lambert van Nistelrooij, għażlet 24 finalist minn 103 entrati fuq il-bażi ta' erba' kriterji: l-innovazzjoni, l-impatt, is-sostenibbiltà u s-sħubija. 

L-24 finalist magħżula ġejjin minn reġjuni u bliet fl-20 Stat Membru u pajjiż ġar wieħed. L-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, il-Kroazja, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, in-Netherlands, il-Polonja, il-Portugall, is-Slovenja, Spanja, l-Iżvezja, it-Turkija u r-Renju Unit. Ħafna mill-finalisti qed jindirizzaw sfidi komuni permezz tal-kooperazzjoni minn naħa għal oħra tal-fruntieri.

Il-ħames kategoriji huma: 

  • 1 Speċjalizzazzjoni Intelliġenti għall-innovazzjoni tal-SMEs
  • 2 Unjoni tal-Enerġija: Tibdil fil-Klima
  • 3 it-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa u l-parteċipazzjoni attiva
  • 4 Edukazzjoni u Taħriġ
  • 5 CityStar: Bliet fi tranżizzjoni diġitali.

Ir-rebbieħa se jitħabbru nhar it-Tlieta 10 ta' Ottubru fi Brussell, waqt iċ-Ċerimonja tal-Premjijiet Regiostars. Iktar informazzjoni