breadcrumb.ecName

Kompetizzjoni tar-ritratti L-Ewropa fir-Reġjun Tiegħi: hu sehem u irbaħ!

  • 21 July 2016
Kompetizzjoni tar-ritratti L-Ewropa fir-Reġjun Tiegħi: hu sehem u irbaħ!

Ħu sehem fil-kompetizzjoni tar-ritratti Europe in My Region biex ikollok ċans tirbaħ workshop tal-fotografija fi Brussell u vjaġġ ta' żewġt iljieli għal żewġ persuni lejn Brussell, inkluż l-ivvjaġġar u l-akkomodazzjoni, bejn l-10 - 13 ta' Ottubru 2016. Biex tieħu sehem fil-kompetizzjoni, kulma għandek tagħmel huwa li tieħu ritratt ta’ proġett li jkun qed jirċievi finanzjament mill-UE, li taf dwaru jew rajtu, b’informazzjoni dwar il-finanzjament tal-

Ħu sehem fil-kompetizzjoni tar-ritratti Europe in My Region biex ikollok ċans tirbaħ workshop tal-fotografija fi Brussell u vjaġġ ta' żewġt iljieli għal żewġ persuni lejn Brussell, inkluż l-ivvjaġġar u l-akkomodazzjoni, bejn l-10 - 13 ta' Ottubru 2016. Biex tieħu sehem fil-kompetizzjoni, kulma għandek tagħmel huwa li tieħu ritratt ta’ proġett li jkun qed jirċievi finanzjament mill-UE, li taf dwaru jew rajtu, b’informazzjoni dwar il-finanzjament tal-UE u l-bandiera tal-UE x’imkien fl-istampa.

Id-data ta' għeluq għas-sottomissjoni ta' massimu ta' 3 ritratti hija t-28 ta' Awwissu 2016, 23:59 Ħin Ċentrali Ewropew tas-Sajf.

Kif tieħu sehem fi 3 passi: 1) Sib proġett iffinanzjat mill-UE; 2) Ħu ritratt: Il-bandiera tal-UE u l-informazzjoni dwar il-finanzjament għandhom jidhru b'mod ċar x'imkien fir-ritratt; 3) Ibgħat sa massimu ta' 3 ritratti permezz tal-APP Il-kompetizzjoni tar-ritratti hija l-aktar element reċenti kontinwu tal-kampanja Europe in My Region 2016 (l-Ewropa għar-Reġjun Tiegħi 2016) li inkludiet l-Open Days ta' Proġetti tal-UE, treasure hunt u kompetizzjoni ta' blogging.

Uża l-hashtag #EUinMyRegion

Ara l-vidjow