breadcrumb.ecName

Nimxu Lil Hinn mill-PDG: Indiċi tal-Progress Soċjali Reġjonali Ġdid

  • 16 February 2016
Nimxu Lil Hinn mill-PDG: Indiċi tal-Progress Soċjali Reġjonali Ġdid

Il-verżjoni tal-abbozz tal-Indiċi tal-Progress Soċjali reġjonali, li ġiet rilaxxata llum għal kummenti mill-pubbliku, għandha l-għan li tkejjel il-progress soċjali għal 272 reġjun Ewropew sabiex tikkomplementa l-kejl tradizzjonali tal-progress ekonomiku. L-indiċi juri l-punteġġ tal-prestazzjoni assoluta fuq skala ta' 0-100 għal kull wieħed mill-50 indikatur inklużi sabiex jiġu mkejla l-komponenti tal-Indiċi. Dan jippreżenta wkoll elementi pożittivi u nuqqasijiet fir-rigward ta' reġjuni

Il-verżjoni tal-abbozz tal-Indiċi tal-Progress Soċjali reġjonali, li ġiet rilaxxata llum għal kummenti mill-pubbliku, għandha l-għan li tkejjel il-progress soċjali għal 272 reġjun Ewropew sabiex tikkomplementa l-kejl tradizzjonali tal-progress ekonomiku. L-indiċi juri l-punteġġ tal-prestazzjoni assoluta fuq skala ta' 0-100 għal kull wieħed mill-50 indikatur inklużi sabiex jiġu mkejla l-komponenti tal-Indiċi. Dan jippreżenta wkoll elementi pożittivi u nuqqasijiet fir-rigward ta' reġjuni bi prestazzjoni ekonomika simili. 

It-tnax-il komponenti tematiċi fl-indiċi kollha juru varjazzjonijiet sinifikanti fi ħdan l-Istati Membri tal-UE u bejniethom rigward suġġetti li jinkludu, fost affarijiet oħra, l-aċċess għall-kura tas-saħħa, il-kwalità u l-affordabilità tal-akkomodazzjoni, is-sigurtà personali, l-aċċess għal edukazzjoni għolja, u t-tniġġis ambjentali. 

L-indiċi huwa r-riżultat ta' kooperazzjoni bejn id-Direttorat Ġenerali għall-Politika Reġjonali u Urbana tal-Kummissjoni Ewropea, is-Social Progress Imperative u Orkestra—Istitut Bask għall-Kompetittività. Dan isegwi l-qafas ġenerali tal-Indiċi tal-Progress Soċjali globali, adattat għall-UE permezz ta' indikaturi li primarjament jittieħdu minn dejta tal-Eurostat. 

Dan l-abbozz tal-indiċi huwa kondiviż sabiex jinġabar feedback minn partijiet interessati dwar is-suġġetti, l-indikaturi inklużi u l-mod li bih dawn l-indikaturi huma kkombinati f'punteġġ finali uniku għal kull reġjun. Jekk jogħġbok ibgħat kummenti u suġġerimenti lil: REGIO-B1-PAPERS@ec.europa.eu. Verżjoni riveduta tal-Indiċi tal-Progress Soċjali reġjonali se tinħareġ f'Ottubru 2016. 

Il-kejl tal-progress soċjali jista' jinforma l-istrateġiji tal-iżvilupp tar-reġjuni tal-UE. Dan l-indiċi reġjonali ġdid huwa maħsub sabiex:

  • Jikkontribwixxi għad-dibattitu “lil hinn mill-PDG”, filwaqt li jipproponi unità tal-kejl solida biex il-PDG jiġi supplimentat u mhux sostitwit;
  • Jgħin lir-reġjuni jidentifikaw pari, fi kwalunkwe livell ta' żvilupp ekonomiku, li jkunu jistgħu jitgħallmu minnhom u, jekk applikabbli, jagħtu prijorità lil kwistjonijiet li jixtiequ jindirizzaw permezz tal-Programm tal-Politika ta' Koeżjoni tagħhom;
  • Iservi bħala bord sperimentali għas-servizzi tal-Kummissjoni Ewropea sabiex jiġi vvalutat jekk il-programmi 2014-2020 jindirizzawx il-kwistjonijiet it-tajbin fil-postijiet tajbin.

Jekk jogħġbok innota li dan l-indiċi ma nħoloqx għall-iskop tal-allokazzjoni tal-fondi u mhuwiex vinkolanti fir-rigward tal-Kummissjoni Ewropea. 

Iktar informazzjoni

Esplora l-mapep interattivi tal-Indiċi tal-Progress Soċjali għall-UE

Esplora t-tabelli ta’ valutazzjoni tal-Indiċi tal-Progress Soċjali għal kull reġjun fl-UE

Tgħallem iktar dwar il-metodoloġija wara l-Indiċi tal-Progress Soċjali għall-UE