breadcrumb.ecName

"Approċċ komprensiv għall-migrazzjoni" - Il-Kontribuzzjoni tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej għall-10 Prijoritajiet tal-Kummissjoni

  • 23 December 2015
"Approċċ komprensiv għall-migrazzjoni" - Il-Kontribuzzjoni tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej għall-10 Prijoritajiet tal-Kummissjoni

Il-qagħda mwiergħa tal-immigranti li jqiegħdu ħajjithom f'riskju hija xokkanti. L-aġenda tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-immigrazzjoni tistabbilixxi rispons Ewropew li jgħaqqad il-politiki interni u esterni, filwaqt li tagħmel l-aħjar użu mill-aġenziji u l-għodod tal-UE u tinvolvi lill-Istati Membri u l-Istituzzjonijiet, lill-organizzazzjonijiet internazzjonali, lis-soċjetà ċivili, lill-awtoritajiet lokali u lill-imsieħba barra mill-UE. Politika ta' asil komuni b'saħħitha u politika Ewrope

Il-qagħda mwiergħa tal-immigranti li jqiegħdu ħajjithom f'riskju hija xokkanti. L-aġenda tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-immigrazzjoni tistabbilixxi rispons Ewropew li jgħaqqad il-politiki interni u esterni, filwaqt li tagħmel l-aħjar użu mill-aġenziji u l-għodod tal-UE u tinvolvi lill-Istati Membri u l-Istituzzjonijiet, lill-organizzazzjonijiet internazzjonali, lis-soċjetà ċivili, lill-awtoritajiet lokali u lill-imsieħba barra mill-UE. Politika ta' asil komuni b'saħħitha u politika Ewropea ġdida dwar il-migrazzjoni legali huma fost il-prijoritajiet politiċi ewlenin tal-President Juncker.

Fil-Komunikazzjoni tagħha dwar "Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni"[1], il-Kummissjoni tistabbilixxi erba' oqsma importanti ewlenin: Sistema ta' Ażil Komuni b'saħħitha; Politika Ewropea ġdida dwar il-migrazzjoni legali; Niġġieldu l-migrazzjoni irregolari u t-traffikar tal-bnedmin b'mod iktar robust; u Insaħħu l-fruntieri esterni tal-Ewropa.

Il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (FSIE) huma sors ta' finanzjament importanti biex jappoġġjaw politiki ta' integrazzjoni effettivi li jkopru l-politiki tal-edukazzjoni, tal-impjieg, tal-akkomodazzjoni u ta' nuqqas ta' diskriminazzjoni. Filwaqt li l-kompetenza hija primarjament tal-Istati Membri, l-Unjoni Ewropea tista' tappoġġja wkoll lill-Istati Membri, lill-awtoritajiet lokali u lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili biex jittrattaw dawn il-kwistjonijiet urġenti.

Għandu jiġi stabbilit mekkaniżmu ta' koordinazzjoni bejn is-sorsi ta' finanzjament, bħall-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (FAMI), il-Fond għas-Sigurtà Interna (FSI) u l-Fondi SIE, kemm fil-livell Ewropew kif ukoll f'dak nazzjonali, sabiex jiġu infurzati s-sinerġiji. 

Links:  

 [1]A European Agenda on Migration, COM(2015) 240 final of 13.5.2015.