JASPERS: Assistenza Konġunta għall-Appoġġ ta' Proġetti fir-Reġjuni Ewropej

 Għodod addizzjonali

  •  
  •  Ċekken it-test  
  •  Kabbar it-test  

X'inhu JASPERS?

  • hija sħubija għall-għajnuna teknika bejn tliet imsieħba (il-Kummissjoni Ewropea, il-BEI u l-BERŻ)
  • tipprovdi pariri indipendenti lil pajjiżi benefiċjarji sabiex tgħin fit-tħejjija għal proġetti maġġuri ta’ kwalità għolja li għandhom jiġu kofinanzjati minn żewġ Fondi Strutturali u ta’ Investiment tal-UE (Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta’ Koeżjoni)

L-assistenza ta’ JASPERS tista’ tkopri:

  • L-appoġġ għat-tħejjija tal-proġetti, mill-identifikazzjoni sas-sottomissjoni tat-talba lill-UE biex tagħti finanzjament
  • Ir-Reviżjoni tal-Kwalità Indipendenti tal-proġetti
  • Funzjoni ta’ evalwazzjoni ta’ wara s-sottomissjoni għall-proġetti maġġuri kollha sottomessi direttament lill-Kummissjoni Ewropea.
  • Kompiti orizzontali u appoġġ strateġiku
  • Bini tal-kapaċità, inkluż Ċentru ta’ Kompetenza
  • Appoġġ għall-implimentazzjoni
  • Proġetti tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, prinċipalment fis-setturi tal-ferrovijaiu t-toroq
  • Ċentru Ewropew ta’ Konsulenza għall-Investimenti (EIAH) permezz tal-iskrinjar u t-trattament tat-talbiet

Liema proġetti jikkwalifikaw għall-assistenza taħt JASPERS?

JASPERS għandu fil-mira assistenza għal proġetti infrastrutturali li huma definiti bħala proġetti “maġġuri” fir-Regolament dwar id-dispożizzjonijiet komuni - pereżempju proġetti relatati ma’ toroq, ferroviji, ilma, skart, enerġija u trasport urban. Fil-każ ta’ pajjiżi żgħar fejn mhux se jkun hemm ħafna proġetti ta’ dan id-daqs, JASPERS jikkonċentra fuq l-akbar proġetti.

Il-benefiċjarji potenzjali għandhom jikkuntattjaw lill-Awtorità Amministrattiva responsabbli għall-koordinazzjoni tal-Fondi Strutturali tal-UE fil-pajjiż tagħhom għall-informazzjoni.

Kif inhu organizzat JASPERS?

Il-persunal ta’ JASPERS huma pprovduti permezz ta’ ftehim ta’ sħubija: il-Kummissjoni tipprovdi fondi li jintużaw biex jiġi rreklutat persunal speċjalizzat filwaqt li l-imsieħba l-oħrajn - il-BEI u l-BERŻ - jikkontribwixxu billi jissekondaw il-persunal direttament.

JASPERS huwa organizzat f’seba’ diviżjonijiet:

  • Toroq;
  • Ferrovija, Ajru u Baħar;
  • Ilma u Skart;
  • Enerġija u Skart Solidu;
  • Żvilupp Intelliġenti;
  • Netwerking u Ċentru ta’ Kompetenza;
  • Reviżjoni tal-Kwalità Indipendenti (IQR)

Il-kwartieri ġenerali ta’ JASPERS huma bbażati fil-BEI f’Lussemburgu iżda għandu tliet ċentri reġjonali f’Varsavja, Vjenna u Bucharest, fejn huwa bbażat madwar 70 % tal-persunal tiegħu sabiex ikunu viċin il-benefiċjarji u jkunu jistgħu joffru servizz aktar effiċjenti.

  • Varsavja tkopri l-Polonja, l-Estonja, il-Latvja u l-Litwanja
  • Vjenna tkopri r-Repubblika Ċeka, l-Ungerija, is-Slovakkja, is-Slovenja u Malta,
  • Bucharest tkopri r-Rumanija u l-Bulgarija

L-esperti bbażati l-Lussemburgu jistgħu jaħdmu fi kwalunkwe Stat Membru benefiċjarju, kif meħtieġ.

Links relatati

  • JASPERS - websajt English
  • Jaspers: 10 years of Support for Cohesion Policy English