JASMINE: Azzjoni Konġunta għall-Appoġġ tal-Istituzzjonijiet ta' Mikrofinanzjament fl-Ewropa

 Għodod addizzjonali

  •  
  •  Ċekken it-test  
  •  Kabbar it-test  

L-istrument JASMINE hu r-raba' inizjattiva konġunta tal-Kummissjoni, il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI DeutschEnglishfrançais) u l-Fond Ewropew tal-Investiment (FEI English). Twaqqaf biex:

  • itejjeb il-kapaċità tal-fornituri ta' mikrokreditu u tal-istituzzjonijiet ta' mikrofinanzjament (MFIs) f'varji oqsma bħal governanza tajba, sistemi ta' informazzjoni, ġestjoni tar-riskju u pjanar strateġiku;
  • jgħinhom isiru operaturi sostenibbli u vijabbli fis-suq tal-mikrokreditu.

L-ewwel fażi tikkonsisti fl-għoti ta' għajnun teknika permezz tal-evalwazzjoni u t-taħriġ għal 15-il fornitur ta' mikrokreditu mhux bankarju, magħżula permezz ta' sejħa għal espressjoni ta' interess imnedija mill-Fond Ewropew tal-Investiment (FEI) fl-2009.

Se titnieda sejħa ġdida fit-tielet kwart tal-2010 biex jiġu identifikati 30 fornitur ta' mikrokreditu mhux bankarji oħra biex jibbenefikaw mill-għajnuna teknika ta' JASMINE.

Il-Fond Ewropew tal-Investiment (FEI) għandu rwol ewlieni fl-implimentazzjoni tal-inizjattiva JASMINE billi:

  • jorganizza assistenza teknika (kofinanzjata mill-Kummissjoni Ewropea) għall-iżvilupp ta' istituzzjonijiet ta' mikrofinanzjament (MFIs);
  • jipprovdi appoġġ finanzjarju għal operazzjonijiet ta' self (riżorsi tal-BEI) u kapital inizjali (riżorsi tal-UE).

Il-fornituri tal-mikrokreditu / l-istituzzjonijiet ta' mikrofinanzjament magħżula mill-FEI se jibbenefikaw minn firxa wiesgħa ta' servizzi disponibbli bla ħlas. Dawn is-servizzi jinkludu:

  • jew evalwazzjoni / eżami tal-istruttura, organizzazzjoni u mod operattiv tal-istituzzjoni ta' mikrofinanzjament magħżula jew ir-rating tagħha li ssir minn aġenziji speċjalizzati fir-rating;
  • taħriġ apposta għall-impjegati u d-diretturi tal-MFIs magħżula minn konsulenti esperti wara l-eżerċizzju ta' evalwazzjoni / rating.

Barra dan, se jiġu introdotti servizzi ta' appoġġ għan-negozji bħal bażijiet tad-dejta onlajn, parir dwar l-aħjar prassi, u servizz ta' stħarriġ dwar JASMINE u l-mikrokreditu. Dawn se jkunu aċċessibbli għall-MFIs kollha. Qed jitħejja wkoll kodiċi ta' kondotta volontarju għall-MFIs.

10 ta' Settembru 2008: Tnedija tal-inizjattiva JASMINE għall-iżvilupp tal-istituzzjonijiet ta' mikrofinanzjament fl-Ewropa għat-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi DeutschEnglishfrançais polski