L-Istrument għall-Għajnuna qabel l-Adeżjoni (IAP)

Mill-1 ta' Jannar 2007, l-Istrument għall-Għajnuna qabel l-Adeżjoni (IAP) daħal minflok sensiela ta' programmi u strumenti finanzjarji Komunitarji destinati għall-pajjiżi kandidati jew għall-kandidati potenzjali għall-adeżjoni, għall-programmi PHARE, PHARE CBC, ISPA, SAPARD, CARDS, u l-istrument finanzjarju għat-Turkija.

 Għodod addizzjonali

  •  
  •  Ċekken it-test  
  •  Kabbar it-test  

L-interventi ta' l-IAP jikkonsistu f'ħames aspetti:

  • l-għajnuna għat-tranżizzjoni u t-tisħiħ ta' l-istituzzjonijiet;
  • il-kooperazzjoni bejn il-fruntieri (ma' l-Istati Membri ta' l-UE u l-pajjiżi l-oħra eliġibbli għall-IPA);
  • l-iżvilupp reġjonali (trasport, ambjent u żvilupp ekonomiku);
  • ir-riżorsi umani (it-tisħiħ tal-kapital uman u l-ġlieda kontra l-esklużjoni);
  • l-iżvilupp rurali.

Il-pajjiżi benefiċjarji ta' l-IAP huma mqassmin f'żewġ kategoriji:

  • il-pajjiżi kandidati għall-adeżjoni (it-Turkija u l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja), li huma eliġibbli għall-ħames aspetti ta' l-IAP;
  • il-pajjiżi kandidati potenzjali li jagħmlu parti mill-Balkani tal-Punent (Albanija, Bosnija-Ħerzegovina, Montenegro, Serbja, and Kosovo skont ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 1244/99) li mhumiex eliġibbli ħlief għall-ewwel żewġ aspetti.

map Croatia Former Yugoslav Republic of Macedonia Turkey