Ġestjoni Finanzjarja

 Għodod addizzjonali

  •  
  •  Ċekken it-test  
  •  Kabbar it-test  

Għalkemm il-Fondi Strutturali jagħmlu parti mill-baġit tal-UE, il-mod kif jintefqu hu bbażat fuq sistema ta' responsabilità maqsuma bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-awtoritajiet nazzjonali:

  • il-Kummissjoni tinnegozja u tapprova l-programmi ta' żvilupp proposti mill-pajjiżi tal-UE, u talloka r-riżorsi.
  • il-pajjiżi / ir-reġjuni tal-UE manage the programmes, jmexxu l-programmi, jimplimentawhom billi jagħżlu l-proġetti, jikkontrollawhom u jevalwawhom
  • il-Kummissjoni hi involuta fis-sorveljar tal-programm, timpenja u tħallas l-infiq approvat u tivverifika s-sistemi ta' kontroll.

Għal kull programm operattiv, l-awtorità nazzjonali taħtar:

  • awtorità ta' ġestjoni (awtorità jew entità pubblika nazzjonali, reġjonali jew lokali, pubblika/privata biex tmexxi l-programm operattiv)
  • entità ta' ċertifikazzjoni (awtorità jew entità pubblika nazzjonali, reġjonali jew lokali biex tiċċertifika d-dikjarazzjoni tal-infiq u l-applikazzjoni tal-pagament qabel ma jiġu trasmessi lill-Kummissjoni)
  • entità ta' verifika (awtorità jew entità pubblika nazzjonali, reġjonali jew lokali għal kull programm operattiv biex tissorvelja t-tħaddim effiċjenti tas-sistema ta' ġestjoni u ta' monitoraġġ).

Impenji

L-impenji tal-baġit għall-programmi operattivi jsiru skont il-proporzjon annwali, skont il-fond u skont l-objettiv. Il-Kummissjoni timpenja l-ewwel proporzjon annwali qabel ma tadotta l-programm operattiv. Wara, timpenja l-proporzjonijiet sat-30 ta' April ta' kull sena.

Diżimpenn awtomatiku

Porzjon tal-impenn tal-baġit jiġi diżimpenjat awtomatikament mill-Kummissjoni jekk ma jintużax jew jekk ma tasal l-ebda applikazzjoni għal pagament sal-aħħar tat-tielet sena wara s-sena tal-impenn tal-baġit.

Kundizzjonijiet għall-finanzjament

Limiti ta' kofinanzjament

Rati massimi ta' kofinanzjament:

  • Reġjuni inqas żviluppati: 80 jew 85% (ara l-Artikolu 120 tar-Regolament 1303/2013 għal aktar dettalji)
  • Reġjuni fi tranżizzjoni: 60%
  • Reġjuni aktar żviluppati: 50%
  • Fond ta' Koeżjoni: 85%
  • Kooperazzjoni Territorjali Ewropea: 85%

Nfiq eliġibbli

L-infiq eliġibbli isir bejn 1.1.2014 - 31.12.2023. It-tranżazzjonijiet kofinanzjati m'għandhomx jingħalqu qabel id-data tal-eliġibilità. Ir-regoli huma stabbiliti fil-livell nazzjonali ħlief fejn ir-regoli speċifiċi dwar il-fond jistipulaw mod ieħor.

Arkivju