Aċċess għall-fondi

 Għodod addizzjonali

  •  
  •  Ċekken it-test  
  •  Kabbar it-test  

Għandek titlob għall-fondi reġjonali fl-awtorità li tmexxi l-programm reġjonali rilevanti. Din l-entità tevalwa l-proġett tieħgek u tevalwa jekk għandhiex tipprovdi l-fondi.
Sib l-awtorità ta' ġestjoni tiegħek de en fr

  • L-organizzazzjonijiet li jistgħu jibbenefikaw mill-fondi reġjonali jinkludu l-entitajiet pubbliċi, xi organizzazzjonijiet fis-settur privat (speċjalment negozji żgħar), universitajiet, assoċjazzjonijiet, NGOs u għaqdiet volontarji. Impriżi barranin b'bażi fir-reġjun kopert mill-programm operattiv rilevanti jistgħu japplikaw ukoll, sakemm jissodisfaw r-regoli Ewropej dwar l-akkwist pubbliku.
  • Ikkuntattja l-awtorità ta' ġestjoni tiegħek de en fr għal aktar tagħrif dwar min jista' japplika fir-reġjun tiegħek.
  • Il-promoturi tal-proġetti f'pajjiżi li huma kandidati jew kandidati potenzjali għas-sħubija mal-UE għandhom jikkuntattjaw l-Istrument għall-Għajnuna ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA).
  • F'ħafna mill-każijiet, il-fondi jingħataw lill-proġetti, għalhekk għandek tiżviluppa proġett biex tkun eliġibbli għall-fondi, li mbagħad tirċievi fi stadji differenti tal-proċess.
  • Qabel ma tapplika għall-fondi, għandek tivverifika l-programmi operattivi de en fr Ewropej fir-reġjun tiegħek. L-applikazzjoni għall-proġett tiegħek għandha tissodisfa l-kriterji tal-għażla u l-prijoritajiet ta' investiment tal-programm reġjonali tiegħek.
  • Trid timxi mal-proċeduri tal-applikazzjoni tal-awtorità ta' ġestjoni rilevanti. Wħud għandhom proċedura dejjem għaddejja, oħrajn jaċċettaw l-applikazzjonijiet f'ċerti żminijiet biss. Ara l-websajt tal-awtorità ta' ġestjoni de en fr tiegħek għad-dettalji.

M'hemmx daqs minimu għall-proġetti. Li jgħodd hu l-valur miżjud Ewropew tagħhom, l-impatt tagħhom fuq l-impjiegi, in-natura innovattiva tagħhom u jekk jikkontribwixxu għall-kompetittività ekonomika tar-reġjun tiegħek.

  • Ħafna drabi l-benefiċjarji tal-fondi Ewropej jirrimarkaw li l-ħin li jqattgħu biex jimlew l-applikazzjoni għall-finanzjament reġjonali hu kkumpensat tajjeb b'benefiċċji fit-tul.
  • Għalkemm il-fondi jiffinanzjaw biss parti mill-proġett, joħolqu effett ta' amplifikazzjoni kbir. Id-disponibilità tal-fondi tal-UE ta' spiss tħajjar imsieħba oħra.

Din hi lista mhux eżawrjenti tal-bosta sorsi ta' għajnuna u parir biex tikseb finanzjament reġjonali tal-UE

  • Iċ-ċentri ta' informazzjoni Europe Direct, b'mijiet ta' punti ta' informazzjoni madwar l-Ewropa kollha
  • L-awtorità ta' ġestjoni de en fr tiegħek tista' tagħtik parir f'kull stadju tal-applikazzjoni għall-proġett
  • It-tim Ewropew fl-awtorità lokali tiegħek jew fil-kamra tal-kummerċ
  • Enterprise Europe Network en jipprovdi parir espert lin-negozji ż-żgħar dwar kif jaċċessaw il-fondi pubbliċi tal-UE u l-fondi għar-riċerka u l-iżvilupp, l-innovazzjoni, l-investiment, l-impjiegi u t-taħriġ.
  • L-UE tipprovdi fondi u għotjiet għal firxa wiesgħa ta' proġetti u programmi f'ħafna oqsma ta' politika, bħall-kultura, l-edukazzjoni, l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali, ir-riċerka u l-ambjent.
  • Biex issib iktar tagħrif, ara l-għotjiet, il-fondi u l-programmi tal-UE
  • Gwida għall-Benefiċjarji enpdf
  • Biex tiskopri aktar dwar il-Lista ta' Kontroll
  • Enabling synergies between European Structural and Investment Funds, Horizon 2020 and other research, innovation and competitiveness-related Union programmes enpdf

Aktar informazzjoni

  • Sib proġetti de en fr diġà kofinanzjati mill-fondi reġjonali Ewropej.
  • Ara l-benefiċjarji en li rċevew finanzjament fir-reġjun tiegħek u fi bnadi oħra.