Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej

 Għodod addizzjonali

  •  
  •  Ċekken it-test  
  •  Kabbar it-test  

Ħames Fondi ewlenin jaħdmu flimkien biex jappoġġjaw l-iżvilupp ekonomiku fil-pajjiżi kollha tal-UE, f'konformità mal-objettivi tal-istrateġija Ewropa 2020:

Kull reġjun tal-UE jista' jibbenefika mill-FEŻR u l-FSE. Madankollu, ir-reġjuni li jkunu għadhom lura jistgħu jirċievu appoġġ mill-Fond ta' Koeżjoni.

Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea

Il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (EUSF) jipprovdi assistenza fil-każ ta' diżastri naturali kbar.

Strument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni

L-appoġġ għall-kandidati tal-UE u l-pajjiżi kandidati potenzjali huwa disponibbli permezz tal-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA).

Programm ta’ Għajnuna għall-Komunità Turko-Ċiprijotta

Il-Programm ta’ Għajnuna għall-komunità Turko-Ċiprijotta jiġi implimentat bi qbil mar-regoli tal-programm ta' għajnuna esterna tal-UE. Il-programm ta' Għajnuna huwa implimentat jew b'ġestjoni diretta jew ġestjoni indiretta.